saħħa | One News - Part 21

Notifiki

Messaġġ kuraġġuż miċ-ċkejkna Adreana

Wiċċ innoċenti bi tbissima li tisraqlek qalbek, l-ewwel żewġ affarijiet li jolqtuk f’Adreana, tifla ta’ sitt snin li qed tiġġieled l-marda tal-kanċer.

Iltaqajna ma’ din it-tifla u ommha, li bi kliem pożittiv u mimli kuraġġ qed iservu ta’ wens għal bosta ġenituri li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni.

Segwu l-filmat.

Aqra aktar

Reazzjoni tajba għaċ-charter tal-pazjenti

Il-Konsultazzjoni pubblika dwar il-Patient Charter, li l-Gvern nieda f’April, kienet milqugħa b’mod tajjeb minn membri tal-pubbliku u għaqdiet mhux governattivi, li taw is-suġġerimenti waqt il-perjodu konsultattiv.
Dan il-perjodu għadu kif ġie fi tmiemu, bil-pass li jmiss ikun li tinġabar l-informazjoni kollha u jittieħdu l-passi meħtieġa skont l-interess u l-bżonnijiet tal-pubbliku. Tkellimna ma’ Patricia Galea, direttur tal-istandards fis-saħħa.

Aqra aktar

Ta’ Harvard issieħbu għal tliet raġunijiet

Sa ftit tas-snin ilu, qajla konna noħolmu li istituzzjonijiet rinomati b’ mod internazzjonali kienu se jaħsbu f’ pajjiżna, jew wisq anqas jistabbilixxu ruħhom f’ Malta. Iżda illum, l-investiment barrani ta’ istituzzjonijiet bħal dawn saru l-ordni tal-ġurnata. Ezempju ta’ dan huma Partners Health Care, li jiffurmaw parti minn Harvard. One News tkellem mal-kap eżekuttiv tagħhom dwar ir-raġunijiet, għaliex intagħżlet Malta għal waħda mill-aħħar inizjattivi internazzjonali. Aqra aktar

Simon Busuttil ibeżża’ dwar l-investiment fil-qasam tas-saħħa

Simon Busuttil u l-establishment tiegħu huma l-uniċi nies li huma negattivi u jbeżżgħu dwar l-investiment fil-qasam tas-saħħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għazel li jiżola ruħu fuq dan l-investiment,  minkejja li wieħed minn tiegħu stess, kien qed jgħid bil-kontra. L-eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista Albert Fenech li qal li qed idejquh l-istejjer ivvintanti u affarijiet li n-nies jestrapolaw u jimmaġinaw dwar dawn il-proġetti tas-saħħa.

Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li lbieraħ dan ħareġ biċ-ċar.

Aqra aktar

Meta l-miżien imarrdek

F’Dinja fejn il-figura ideali tiddomina fil-midja sar faċli biex wieħed jaqa’ fin-nassa tal-eating disorders, battalja missielta li diffiċli li wieħed joħroġ minnha.

Miriana Testaferrata, tfajla ta’ għoxrin sena, rebħet din il-battalja kontra l-anoressija u il-bulimja, u issa qed tuża din l-esperjenza biex tqajjem għarfien dwar dawn id-diżordnijiet, li huma r-realta ta’ ħafna żgħażagħ.

Aqra aktar

Twissija oħra dwar is-sħana

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fi stqarrija innota t-tbassir tat-temp mill-uffiċċju meterojoloġiku, li jindika li s-sħana hi mistennija li titla’ sa 35 grad celsius.

Fakkar lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob aktar ilma u xarbiet friski fix-xhur tas-sajf, speċjalment f’dawn il-jiem.  Spjega li t-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Espożizzjoni għal ħin twil fix-xemx tista’ tikkaġuna ukoll xemxata.

Aqra aktar

Busuttil u l-establishment tiegħu jibqgħu negattivi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, f’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra ħareġ ibeżża’ u jattakka investiment fil-qasam tas-saħħa ta’ €200 miljun  li ser jibbenefika minnu l-poplu Malti u Għawdxi mingħajr joħroġ ċenteżmu, filwaqt li l-ħaddiema kollha għandhom xogħolhom garantit , b’aktar opportunitajiet għal futur.

Aqra aktar

Meta l-Gvern jistudja l-ħajja sesswali tiegħek

L-Iżvezja uffiċjalment nediet studju dwar il-ħajja sesswali taċ-ċittadini, liema studju se jdum sejjer tliet snin. Dan se jkun l-ewwel studju tat-tip tiegħu wara 20 sena.

Il-Minsitru għas-Saħħa Garbiel Wikstrom qal li politika dwar is-saħħa sesswali m’għandhiex tkun imnebbħa biss mill-problema, iżda anke mill-pjaċir li kapaċi jagħti s-sess.

Aqra aktar

Send this to a friend