saħħa – Page 2 – One News

Notifiki

It-tilqima tal-influenza toffri l-protezzjoni kontra l-iswine flu

B’referenza għal rapporti fil-midja dwar allegat tifqija ta’ Swine Flu fl-isptar u f’dar tal-anzjani, il-Ministeru għas-Saħħa qal li din it-tip ta’ influenza feġġet għall-ewwel darba fl-2009. Dak iż-żmien kienet ta’ theddida akbar minħabba li kienet marda pjuttost ġdida, u l-pazjenti ma kinux esposti għas-sintomi li jġib miegħu dan il-virus.Aqra aktar

Jaf qed timrad minħabba l-Etna

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika f’pajjiżna wissew li l-irmied vulkaniku li ħareġ meta żbroffa l-vulkan Etna, u li għaddej minn fuq il-gżejjer Maltin, jista’ jaffettwa s-saħħa tal-Maltin u ta’ dawk li jinsabu f’pajjiżna. Aqra aktar

Iparlaw bla ma jistaqsu

Ir-regolatur tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment kellu kliem iebes għal dawk li jattakkaw il-programm mingħajr ma jafu x’fih.

F’kummenti li ta lill-gazzetta Kullħadd, ir-regolatur Carmel De Gabriele, li fil-passat kien fdat minn amministrazzjonijiet differenti, qal li huwa diżappuntat li ħadd mill-fact finding missions li ġew Malta ma indenja ruħu li jitlob laqgħa miegħu.Aqra aktar

Jitqassmu l-istikek tad-dijabete kollha lill-pazjenti Maltin u Għawdxin

Persuni li jbatu mill-marda tad-dijabete u li huma reġistrati fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, il-POYC, bdew jaslulhom l-ittri li jintitolawhom għall-ġbir ta’ stikek tad-dijabete mill-istess spiżeriji. B’hekk tlesta l-proċess ta’ din il-forma ta’ tqassim u issa kull persuna f’Malta u f’Għawdex li tbati mill-marda tad-dijabete u li tieħu mediċina biex tikkontrolla din il-kundizzjoni għandha din il-faċilità, u kif pjanat sa tmiem din is-sena se jkun intlaħaq kull min hu intitolat.Aqra aktar

Il-maġġoranza tal-adulti qed isegwu stil ta’ ħajja li qed teqridhom

Ammont inkwetanti ta’ adulti madwar l-Ewropa qed isegwu stil ta’ ħajja li hija ta’ dannu għal saħħithom, u qed ipoġġu lilhom infushom f’riskju.

Dan ħareġ minn studju li sar fl-Ingilterra, li kkonferma li disgħa minn kull għaxar persuni għandhom minn tal-anqas vizzju wieħed bħat-tipjip, jew konsum ta’ ikel mhux tajjeb għas-saħħa, li qed ikollu effett negattiv fuq is-saħħa fiżika tagħhom.Aqra aktar

Send this to a friend