saħħa – One News

Malta tiffirma ftehim mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’isem il-Gvern Malti ffirma ftehim
mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa f’Copenhagen.

Il-ftehim jaħseb biex Malta tibbenifika minn pariri tekniċi fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali
għas-Saħħa Mentali. Fil-fatt l-istrateġija Maltija għas-saħħa mentali ġiet diskussa fit-tul.

Għall-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ffirmat id-Deputat Direttur Ġenerali Dr Zuzanna Jakob.

Il-GU Clinic qed jaħdem fuq test li jurik ir-riżultat wara nofs siegħa

Madwar 7,000 sebat elef persuna żżur il-Klinika tal-Ġinekoloġija fis-sena. It-tabiba Valeska Padovese, f’intervista mal-Gazzetta KullĦadd, qalet li hawn żieda ta’ ċirkolazzjoni ta’ mard infettiv f’Malta, u kompliet tispjega li l-moviment tan-nies minn pajjiżi differenti seta’ wassal għal din iż-żieda.

It-tabiba Padovese qalet li bħalissa l-klinika għaddejja b’riċerka flimkien mal-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa biex jiġi żviluppat test effettiv li permezz tiegħu, jingħata riżultat fi 30 minuta.

Dan it-test iwassal biex il-kura tibda tingħata fl-immedjat f’każ ta’ riżultat pożittiv. Fil-preżent, f’każ li t-test jirriżulta pożittiv, il-persuna tintalab tmur il-klinika fejn isir it-tieni test biex tiġi kkonfermata l-aħbar. Il-persuna tkun riferuta għand speċjalisti tal-psikoloġija u tibda t-trattament minn hemm.Aqra aktar

Apparat mediku ġdid b’investiment ta’ €700,000 għal operazzjonijiet li jirrikjedu qasma fiż-żaqq jew fis-sider

Kull sena, madwar 5,000 pazjent li jiġu bżonn operazzjoni li tirrikjedi qasma fiż-żaqq jew fis-sider, se jibbenefikaw minn apparat mediku ġdid li beda jintuża fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ €700,000.

Imdawwar b’numru ta’ kirurgi li se jagħmlu użu minn dan l-apparat tal-ogħla livell, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega li permezz tiegħu se jitħaddmu sistemi ta’ laperoskopija li jippermettu lill-kirurgu jagħmel interventi dettaljati b’qasmiet żgħar ħafna.

Il-kirurgu Joe Etienne Abela qal li l-pazjenti li l-aktar se jibbenefikaw minn din it-teknoloġija moderna huma dawk li jidħlu b’appendeċite u pazjenti bil-ġebel fil-marrara.

“Il-fatt li t-tagħmir issa huwa High Definition jgħin lill-kirurgu biex jagħmel operations iktar kumplessi per eżempju fejn titneħħa l-musrana l-kbira jew il-musrana ż-żgħira, l-istonku, partijiet mill-frixa, il-pajp tal-ikel, fejn tidħol ġinekoloġija t-tneħħija tal-utru u tal-ovaries.”

Sa issa l-pazjenti li jirrikjedu dawn it-tip ta’ interventi, ikollhom qasma kbira u jispiċċaw iqattgħu numru ta’ ġranet l-isptar biex jirkupraw.

Issa, b’dan l-apparat, il-qasma tkun ferm iżgħar u l-inkonvenjent ferm inqas għall-pazjent, tant li l-ħin li l-pazjent ikollu bżonn iqatta’ fl-isptar qabel ma jintbagħat id-dar, mistenni jonqos b’ħamsa u sebgħin fil-mija.

“Bil-laperoskopija flok qasma kbira, ikollok medja ta’ ħames qasmiet żgħar u dawn ma joffrux daqshekk uġigħ lill-pazjent. Ir-riżultat hu li l-pazjent ma jkunx muġugħ, jiċċaqlaq iktar, jiekol qabel, jattendi għall-bżonnijiet tiegħu qabel allura joħroġ mill-isptar iktar komdu f’qasir żmien.”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dan l-investiment se jwassal għall-pass li jmiss fil-kirurġija f’Malta, fejn fi żmien tnax-il xahar mistennija tibda titħaddem sistema ta’ robotic surgery.

“Bdejna l-proċess biex lejn l-aħħar tas-sena jew bidu tas-sena d-dieħla jkollna dak li ngħidulu robotic surgery jiġifieri għal numru ta’ operazzjonijiet – mhux l-operazzjonijiet kollha, il-kirurgu minbarra li jkollu persuna umana tassistih ikollu wkoll robot li qed jassistih biex l-operazzjoni ssir b’iżjed dettall, inkunu nistgħu nagħmlu operazzjonijiet li sa issa m’għamilniex u l-pazjenti jkollhom riżultati aħjar.”

Malta se ddaħħal sistema ta’ monitoraġġ kontinwu taz-zokkor għal tfal dijabetiċi

Fix-xhur li ġejjin se jiddaħħal f’pajjiżna l-Continuous Glucose Monitoring, li jitwaħħlu fuq il-ġilda u li kontinwament jaqraw il-livell taz-zokkor għal tfal bil-kundizzjoni tad-dijabete.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt laqgħa li l-kumpanija internazzjonali tal-IT, IBM tellgħet f’pajjiżna. Ħabbar li issa, il-qari tal-livelli taz-zokkor, miflok ser jibqa’ f’idejn il-pazjent, ser ikun imqabbad ma’ sistema tas-saħħa fejn din ser tirċievi informazzju u tkun tista tieħu azzjoni fejn ikun hemm livell għoli ta’ zokkor.Aqra aktar

Tkompli l-kampanja fil-komunità għal ħajja itwal u sana

Il-Ministeru għas-Saħħa kompla bil-kampanja tiegħu fil-komunità biex iwassal informazzjoni diretta dwar kif kull individwu jista’ jikkontribwixxi għalih innifsu lejn ħajja itwal u sana. Din il-kampanja qegħda ssir b’kordinazzjoni mal-kunsilli lokali u llum saret għall-komunità tal-Marsa.Aqra aktar

Send this to a friend