saħħa mentali – One News

Notifiki

Malta tiffirma ftehim mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’isem il-Gvern Malti ffirma ftehim
mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa f’Copenhagen.

Il-ftehim jaħseb biex Malta tibbenifika minn pariri tekniċi fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali
għas-Saħħa Mentali. Fil-fatt l-istrateġija Maltija għas-saħħa mentali ġiet diskussa fit-tul.

Għall-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ffirmat id-Deputat Direttur Ġenerali Dr Zuzanna Jakob.

BIL-FILMAT: Investigazzjoni tikkonkludi li ma nkisru ebda drittijiet ta’ Mario Portelli

Bord ta’ investigazzjoni li nħatar mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali kkonkluda li ma nkisru l-ebda drittijiet ta’ Mario Portelli u li l-Pulizija aġixxew skont il-liġi tas-Saħħa Mentali.

Dan joħorġ minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-whip tal-Gvern Byron Camilleri li staqsa lid-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar l-investigazzjonijiet li saru fuq il-każ ta’ Portelli.

Aqra aktar

Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika – Alex Agius Saliba waqt il-laqgħa mal-Fondazzjoni Richmond

“Is-saħħa mentali hija importanti daqs is-saħħa fiżika. Għaldaqstant irridu ntejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-persuni li jbatu minn diżordnijiet mentali permezz ta’ inklużjoni soċjali  u l-protezzjoni tad-drittijiet u d-dinjità tagħhom.” Dan qalu l-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba, waqt laqgħa li kellu mal-Fondazzjoni Richmond.

Aqra aktar

X’għajnuna tingħata mara li jkollha problemi ta’ saħħa mentali waqt it-tqala?

Il-mara tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni waqt ix-xhur ta’ tqala, kulħadd jifirħilha u jawguralha. Il-perjodu tat-tqala huwa sinonimu ma’ żmien feliċi għall-persuni li jkunu qed jistennew tarbija, bi preparamenti għall-wasla tal-wild. Dan iż-żmien jista’ jkun mument diffiċli wkoll, hekk kif madwar id-dinja, mara minn kull ħamsa tgħaddi minn tip ta’ ansjetà jew dippressjoni b’rabta mat-tqala. Id-difikultà fuq is-saħħa mentali tal-mara, tħalli effett ukoll fuq il-partner u t-tarbija.

Il-konsulent prikajtru Ethel Felice qalet li r-riċerka turi li jekk il-mara ma tidentifikax dawn il-problemi, jista’ jkun hemm problemi wkoll fuq l-effett tar-raġel u anke fuq it-tarbija.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li madankollu żvilupp interessanti ħafna huwa li kull fejn huwa possibbli dawn l-iżviluppi u dawn l-estensjonijiet fis-servizzi qegħdin inwassluhom eqreb lejn iċ-ċittadin. Dr. Ethel Felice hija wkoll il-kap tal-Perinatal Mental Health Clinic, stqarret li servizz simili ilu jingħata għal dawn l-aħħar għoxrin sena, iżda bl-iżvilupp tal-Perinatal Mental Health Clinic f’dawn l-aħħar ftit snin raw żieda tal-użu ta’ dan is-servizz:

“Jiena nagħmel enfas li mhux kollha huma ta’ severità qawwija, ħafna minnhom insejħula mild to moderate, li jfisser li ħafna minnhom jgħaddu waħedhom, imma hemm min ukoll, jekk ikellem lit-tabib, ikun jista’ jieħu l-għajnuna”.

Iż-żieda tal-użu mis-servizz huwa riżultat ta’ aktar għarfein dwar is-suġġett tas-saħħa mentali waqt it-tqala kif ukoll wara t-twelid. Dan jirriżulta wkoll f’tibdil soċjali u titnaqqas l-istigma fuq il-mard mentali. Minkejja li l-maġġoranza li jirrikorru għal dan is-servizz huma nisa, peró ikun hemm każijiet fejn ir-raġel ukoll ikollu bżonn l-għajnuna waqt li l-mara tkun għaddejja minn perjodu xejn faċli. Fatturi ewlenin għall-ansjetà huma l-qagħda ekonomika tal-persuna kif ukoll il-fatt li wild ġdid ibiddel l-istil tal-ħajja tal-ġenituri.

Minkejja li ħafna drabi dan kollu jkun iffukat fuq il-mara, Dr.Felice nsistiet magħna li wieħed ma jridx jinsa lill-irġiel, tant, li barra minn Malta qed tingħata importanza kbira lill-istat mentali tal-irġiel, għaliex meta l-mara tgħaddi minn ansjetà u dipressjoni, l-ewwel appoġġ li ssib huwa fil-fatt ir-raġel.

L-għajnuna li jingħataw persuni li jkunu qed jistennew tarbija twassal biex kemm il-ġenituri kif ukoll it-tarbija jkunu aktar b’saħħithom. Dr.Felice ssemmi fost l-oħrajn il-bonding, kif l-omm tmur mat-tarbija, kif tidħaqlu. “Dan għaliex, l-ewwel sena hemm l-iżvilupp tat-tarbija, kemm emozzjonalment, kemm soċjalment, u kemm fiżikament”.

Kull min qed jgħaddi minn perjodu ta’ ansjetà jew dipressjoni b’rabta mat-tqala għandu jirrikorri għal għajnuna tal-Perinatal Mental Health Clinic.

1 minn kull 4 persuni fid-dinja huma affettwati minn problema ta’ saħħa mentali

Skont stħarriġ tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull erba’ persuni fid-dinja huma affettwati minn problemi ta’ saħħa mentali.

Fil-ħajja li qegħdin ngħixu llum, il-problemi tas-saħħa mentali qegħdin dejjem jiżdiedu, u minn stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija jirriżulta li f’Malta għandna bzonn ta’ iktar professjonisti jaħdmu f’dan il-qasam.Aqra aktar

Il-mard mentali fost tfal u żgħażagħ qed jiżdied

Il-mard mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u immigranti qiegħed dejjem jiżdied.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia waqt konferenza li trattat l-abbuż tat-tfal u ż-żgħażagħ:

“Nosserva dak li qed jiġri fuq mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ. Dan qed ikun komuni fost il-Maltin u l-immigranti li jkunu għaddew minn xi trawma”.Aqra aktar

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindirizza seminar dwar il-bullying u s-saħħa mentali

Waqt li kien qiegħed jindirizza seminar li kellu bħala tema “Il-bullying u s-saħħa mentali”, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne esprima t-tħassib tiegħu li l-każi rappurtati ta’ bullying qegħdin dejjem jiżdiedu filwaqt li enfasizza fuq l-ispinta li qed tingħata lill-qasam tas-saħħa mentali li sfortunatament għamel snin twal nieqes mill-prijorità li tixraqlu.Aqra aktar

Send this to a friend