sadiq khan – One News

Notifiki

Trump jikkanċella żjara fir-Renju Unit

Donald Trump ikkanċella żjara ppjanata fir-Renju Unit fi Frar li ġej, fejn kien mistenni li jiftaħ ambaxxata Amerikana ġdida ta ‘$ 1 biljun (£ 738m) f’Londra.
Il-President tal–Istati Uniti fi tweet qal li ma kienx “fan kbir” tal-ambaxxata l-ġdida li se tkun qed tirriloka ruħha minn Mayfair għan-nofsinhar ta’ Londra.
Trump akkuża lill-amministrazzjoni ta’ Barack Obama għal “deal ħażin” minkejja l-fatt li l-bidla ġiet miftiehma taħt George W Bush.

Kelliem minn Downing Street qal li l-ebda data ma ġiet ikkonfermata għal xi żjara minn Trump fl-Ingilterra u li l-ftuħ tal-ambaxxata tal-Istati Uniti ‘hija kwistjoni għall-Istati Uniti’.
Is-sħubija kif sjeħilha hu; ‘b’saħħitha u profonda’ bejn il-Gran Brittanja u l-Istati Uniti mhux se ssofri minkejja li Trump ikkanċella l-vjaġġ li kien se jagħmel.
Madankollu, is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan, li fil-passat kellu batibekk ma’ Trump qal, li l-President tal-Istati Uniti ħa l-messaġġ li ħafna ċittadini minn Londra kienu jopponu l-politika u l-azzjonijiet tiegħu.

L-editur tal-BBC North America, Jon Sopel, qal li hemm is-suspett li trump seta’ kkanċella minħabba protesti li kien possibbilment isiru f’Londra maż-żjara ta’ Trump.

 

Send this to a friend