ryanair | One News - Part 2

Notifiki

Ryanair se tkun qed tikkanċella madwar 50 titjira kuljum

Il-kumpanija tal-linja tal-ajru Ryanair se tkun qed tikkanċella 50 titjira kuljum għal dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin, dan sabiex ittejjeb l-puntwalità tat-titjiriet.

Dan il-pjan tħabbar mir-Ryanair ilbieraħ  fejn ġie sostnut li mhux aċċettabbli li 80% tat-titjiriet ta’ dan ix-xahar ma waslux fil-ħin.

Apparti minn hekk l-istess kumpanija sostniet li din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll sabiex issolvi l-problema tal-leave tal-ħaddiema li akkumula matul din is-sena.

Din id-deċiżjoni se tkun qed taffetwa madwar 285,000 passiġġier, li ġew offruti titjiriet alternattivi jew flushom lura.

Kienu bosta li lmentaw fuq il-midja soċjali fejn sostnew li mhux sew li bniedem ġie mwissi dwar din id-deċiżjoni jum qabel it-titjira.

 

Disa’ miljuni f’għaxar snin

Disa’ miljun passiġġier f’għaxar snin. Dan huwa sehem il-linja tal-ajru low cost Ryan Air li b’mod partikolari f’dawn iż-żmienijiet tas-sajf tilħaq il-miri tal-popolarita tagħha, speċjalment maż-żgħażagħ li jippjanaw dik l-avvenutra qasira.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ lid-disa’ miljun pasisġġier meta niżel Malta fl-Ajrport Internazzjonali għal ħin l-ikel nhar l-Erbgħa wara vjaġġ qasir mill-Polonja.

Mizzi spjega kif filwaqt li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-AirMalta hija prijorita, linji tal-ajru oħra assolutament mhux se jingħataw il-ġenb.

Ryanair b’investiment ta’ $400 miljun f’pajjiżna

Il-linja tal-ajru Ryanair qed tiċċelebra għaxar snin topera f’Malta. Ryanair bdiet topera f’pajjiżna propju fl-2006, għaxar snin li matulhom il-kumpanija rreġistrat tkabbri fin-numru ta’ passiġġieri kull sena. Bis-sena 2016 tkun l-akbar rekord għar-Ryanair.
Aqra aktar

ARA L-FILMAT: ġlieda abbord titjijra tar-Ryan Air lejn Malta

Titjijra tar-Ryan Air lejn Malta minn Brussell kellha tinżel l-Italja, aktarx minħabba ġlieda li seħħet abbord.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija u mhux ikkonfermat minn sorsi uffiċjali x’wassal biex it-titjijra kienet abortita.
Manakollu persuni kitbu li kien hemm persuna taħt l-influwenza tax-xorb, u din kienet involuta fi ġlieda li fiha daħlu wkoll diversi passiġġiera. It-titjijra spiċċat Pisa u erba’ persuni tniżżlu hemm.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Mara tħalliet l-art f’siġġu tar-roti minn Ryanair f’Malta

Mara marida bil-kanċer u li tuża s-siġġu tar-roti lmentat bil-qawwi kontra l-linja tal-ajru Ryanair fuq il-ġurnal online The Sun, wara li tħalliet f’lift għal persuni b’diżabilità fl-Ajruport Internazzjonali ta’  Malta, filwaqt li l-ajruplan telaq mingħajrha.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta esprima d-diżappunt tiegħu li n-nuqqas fis-servizz mogħti wassal għal dan l-episodju sfortunat u huwa ddispjaċut li l-esperjenza fl-ajruport ma laħqitx l-istandards . Dwar dan diġá nbdiet investigazzjoni mas-service provider sabiex tittieħed azzjoni korrettiva xierqa minnufih.

It-tim tal-ajruport ikkuntattja wkoll lis-Sinjura Walker sabiex niskużaw ruħna għal din is-sitwazzjoni tassew inkonvenjenti u għall-esperjenza negattiva li ġarrbet fl-ajruport tagħna.

Aqra aktar

Ryanair vs Brexit

Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.

Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.

Aqra aktar

Send this to a friend