ryanair | One News

Notifiki

Survey diżappuntanti għal Ryanair

Skont survey li sar dan l-aħħar, il-kumpanija Ryanair ingħatat l-iktar rating baxx mill-passiġġieri, f’dak li jirrigwarda t-tlugħ tal-passiġġieri fl-ajruplan, il-kumdità, servizz ta’ ikel u xorb, kif ukoll l-ambjent tal-kabini.

Is-survey li staqsa lil 7,901 persuna juri li Ryanair ġabet biss 40% tal-appoġġ tal-passiġġieri.Aqra aktar

Alfred Sant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga r-regoli tal-bagalji tar-Ryanair

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea jekk għandhiex pjanijiet biex isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. Sant staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijijiet simili.

Fil-21 ta’ Settembru, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tal-linja tal-ajru Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop, filwaqt li l-konsumaturi iħallsu għal hand language ta’ 10kg.

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport u għalhekk Ryanair u linji oħra tal-ajru, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjez tal-konsumatur.

L-istess Awtorità qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerjċli inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħalliex lok għal paragun korrett mal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.

Daqshekk se ttella’ bagalja żgħira mingħajr ħlas fuq titjira tar-Ryanair

Dawk li se jsiefru mal-linja tal-ajru Ryanair u li se jkollhom hand-luggage, jiġifieri bagalja żgħira, mhux se jkunu qed jitħallew itellgħuha magħhom fuq l-ajruplan, fejn filwaqt li s-soltu titpoġġa fil-kompartament ta’ fuq is-seat dawn se jkunu qed jitniżżlu mal-kumplament tal-bagalji fl-ajruplan. Dan sabiex jinkoraġixxu aktar klijenti jagħmlu użu minn bagalji ‘check-in’ u b’hekk jitħaffef il-proċess.

Jekk wieħed ikun jixtieq li jġorr il-bagalja żgħira miegħu fuq l-ajruplan, wieħed irid iħallas passaġġ ta’ prijorità li jkun jista’ jħallas sa siegħa qabel ma titlaq it-titjira.Aqra aktar

Bil-Filmat: Biljetti tal-Air Malta jistgħu jinxtraw mis-sit ta’ Ryanair

B’kollaborazzjoni mal-linja tal-ajru Ryanair, l-Air Malta se toffri prezzijiet imraħħsa fuq xi titjiriet, li jibdew minn €14.99. Issa, biljetti għall-Air Malta se jkunu jistgħu jinxtraw mis-sit tar-Ryan Air, li fih jidħlu mal-139,000,000 persuna.

Dan qed ikompli jżid mar-riforma li qed tesperjenza l-Linja Nazzjonali tal-Ajru, fejn f’sena biss żiedet żewġ ajruplani fil-flotta tagħha, u nediet menu tal-ikel ġdid. Aqra aktar

Ryanair bi pjan li tgħid lill-piloti tagħha biex imexxu l-vaganzi tagħhom

Il-Kap ta’ Ryanair, Michael O’Leary qal li l-kumpanija qed tippjana li tgħid lil uħud mill-piloti tagħha biex imexxu l-pjanijiet li għandhom tal-vaganzi tagħhom b’ġimgħa hekk kif qed jiġġieldu biex isolvu l-problema ta’ diversi titjiriet li ġew ikkanċellati.

Ħabbar dan waqt il-Laqgħa Annwali tal-linja tal-ajru f’Dublin. Aqra aktar

Send this to a friend