russu | One News

Notifiki

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

3,000 Russu fil-Forti Manoel

Il-ġimgħa tal-elezzjoni ma kinitx skuża biex il-ġenerazzjoni tal-ekonomija f’ Malta tbatti.

Il-bieraħ ġiet fi tmiemha konferenza ta’ ġimgħa li għaliha attendew mat-tlett elef Russu li huma stmati li ħallew iktar minn sitt miljun ewro fl-ekonomija Maltija.

Għaliex iktar ma jgħaddi żmien, pajjiżna iktar qed isir lok favorit mal-barranin għall-konferenzi.

Aqra aktar

Jiġġarraf ajruplan Russu fis-Siberja

Ajruplan li jappartjeni lill-Ministeru għad-difiża Russu waqa’ f’Yakutia, is-Siberja. Abbord kien hemm 39 persuna. Il-Ministru għad-difiża qal li sittax-il persuna ndarbu gravi.

Ftit wara li qal hekk, rapporti qed jgħidu li 27 persuna tilfu ħajjithom. Fost dawk abbord kien hemm 32 passiġġier u seba’ membri tal-ekwipaġġ.

Aqra aktar

Send this to a friend