Russja – Page 9 – One News

Notifiki

Futur imċajpar għall-atleti Russi

Kollox jidher mitmum għall-atleti Russi wara li l-Qorti tal-Arbitru Sportiv iddeċiediet li l-atleti Russi ma jitħallewx jikkompetu f’isem pajjiżhom fl-Olimpjadi ta’ Rio, ix-xahar id-dieħel.

Dan fid-dawl li ntqal li l-atleti Russi kienu għaddejin fuq programm ta’ doping li allegatament kien appoġjat mill-istat.

Aqra aktar

Estradit għat-tieni darba – akkanit iżżejjed fil-football!

L-awtoritajiet Franċiżi keċċew lil mexxej tal-partitarji Russi Alexander Shprygin għat-tieni darba. Il-Ministru Franċiż tal-Intern qal li huwa tpoġġa fuq titjira minn Pariġi lejn Moska t-Tlieta filgħaxija.

Shprygin kien diġa ġie estradit is-Sibt, ġimgħa wara l-ġlied li kien hemm fil-logħba tal-Euro 2016 bejn l-Ingilterra u r-Russja. Madanakollu, huwa vjaġġa lejn Spanja bl-ajruplan u wasal Franza b’karozza, u kien arrestat waqt il-logħba Russja kontra Wales.

Aqra aktar

Iħeġġu għal projbizzjoni tal-alkoħol waqt il-Euro2016

Il-Gvern Franċiż ħeġġeġ l-ibliet li qed jospitaw il-partiti tal-Euro2016, biex jipprojbixxu l-alkoħol minn fejn qed ikun hemm il-partitarji. Reazzjoni li segwiet l-argumenti li nqalgħu fl-ewwel tlett ijiem tal-logħob.

Wara l-ġlied li nqala’ s-Sibt wara l-partita bejn l-Ingilterra u r-Russja, il-UEFA għaddejja bl-invesitgazzjonijiet, fejn qed thedded liż-żewġ timijiet inkwistjoni li jistgħu jitkeċċew mill-kampjonat jekk il-partitarji tagħhom jaqilgħu aktar inkwiet.Aqra aktar

Send this to a friend