Russja – Page 5 – One News

Notifiki

Washington DC isemmi triq għal Russu maqtul quddiem l-Ambaxxata Russa

Washington DC semmiet it-triq fejn hemm l-Ambaxxata Russa wara politikant Russu tal-oppożizzjoni li kien maqtul.

Il-kunsill tal-belt ivvota biex tissemma mill-ġdid it-triq ‘il barra mill-kumpless tal-ambaxxata Russa, għal Boris Nemtsov li nqatel barra mill-Kremlin fl-2015. F’ dikjarazzjoni mill-Kunsill intqal li d-deċiżjoni unanima ttieħdet biex tonora l-“attivist demokratiku maqtul”.

Aqra aktar

“Staqsewni għall-informazzjoni u weġibt b’mod skjett” – il-Prim Ministru Joseph Muscat

“Ma nispekulax, ngħid il-fatti” – il-PM mistoqsi dwar ir-rapport fuq ir-Russja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa’ kien mistoqsi dwar is-sitwazzjoni ta’ rapporti dwar ir-Russja. Qal li huwa minnu li Malta kellha twissija ta’ xi forma ta’ tpattija fil-konfront tagħha.

Kif diġà kkonferma, servizzi sigrieti ta’ żewġ pajjiżi ħbieb Malta infurmaw lill-Gvern Malti li din l-istorja setgħet inħolqot wara li Malta rrifjutat li tipprovdi fuel lill-vapuri Russi li kienu sejrin is-Srija.

Però qal li ma kellu ebda tip ta’ prova li din il-persuna hija relatata mas-servizzi Russi.

Aqra aktar

Operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Baħar l-Iswed

Vapur tal-merkanzija bi tnax-il persuna abbord għereq qrib il-kosta tal-Baħar l-Iswed kawża tal-maltemp.

Għadd ta’ timijiet ta’ salvataġġ intbgħatu fiż-żona fejn uffiċjali sostnew li s’issa ġie salvat persuna waħda, kif ukoll itellgħu żewġ iġsma. S’issa għad hemm disa’ persuni li għadhom meqjusa nieqsa.

Aqra aktar

“Qed ngħidlek ħares lejja meta nkellmek” – ir-Russu lill-Ingliż

It-tensjoni kienet kbira waqt diskussjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-appoġġ tar-Russja lejn is-Sirja.

Rappreżentant għal Moska ħataf lid-diplomatiku Ingliż Matthew Rycroft u qallu jħares lejħ meta jitkellem. Iċ-ċanfira tad-deputat ambaxxatur Vladimir Safronkov lil Rycroft saret hekk kif ir-Russja għamlet veto lir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li kkundannat l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja.

In-Nazzjonijiet Magħquda qed jinsistu għal investigazzjoni malajr kemm jista jkun dwar l-attakk li ħataf il-ħajja ta’ 87 persuna.

Il-President Sirjan Bashar-al Assad qal li l-attakki kimiċi minnu kienu mija fil-mija ivvintati u li  ma kien hemm ebda ordni għal attakk.

Aqra aktar

Putin IRRABJAT

Wara li l-Istati Uniti wettqu attakki bl-ajru fuq is-Sirja, wieġeb Vladimir Putin u sejjaħlu ‘att illegali ta’ agressjoni’ minn naħa tal-Amerikani.

Putin issospenda ftehim li permezz tiegħu kienu waqfu battalji fl-ajru ma’ fighter jets Amerikani fuq is-Sirja.

Il-President Russu wissa li dan il-pass ta’ Trump ikkaġuna ħsara kbira bejn Washington u Moska, liema relazzjoni diġa kienet ħażina ħafna.

F’Moska l-aħbar li l-Istati Uniti kienu se jwettqu attakk bl-ajru saret lill-awtoritajiet tletin minuta qiss qabel. Dan skont l-ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Magħquda. Trump qed jinsisti li ma kellux bżonn l-approvazzjoni Russa.

AĠĠORNAT: Jinstab splussiv ieħor f’appartament

Il-Pulizija sabu splussiv ieħor f’appartament f’ San Pietruburgu, ir-Russja. Il-Pulizija spjegat li dan l-isplussiv instab waqt tfittxijiet li qed isiru wara l-attakk li sar fi stazzjon tal-ferrovija fil-Belt li ħalla erbatax-il persuna mejta. It-tfittxija saret għall-ħabta tal-5.00 f’Tovarichesky Prospekt. Il-Pulizija qalet li s-suspettati ma rreżistewx l-arrest.
Aqra aktar

Send this to a friend