Russja – Page 3 – One News

Notifiki

Trump jaffaċċja kritika għax iddefenda lir-Russja

Il-President Amerikan Donald Trump qed jaffaċċja baraxx ta’ kritika fl-Istati Uniti, wara li ddefenda lir-Russja dwar akkużi t’indħil fl-elezzjoni Presidenzjali tal-elfejn u sittax.

Waqt summit mal-President Russu Vladimir Putin fil-kapitali Fillandiża Helsinki, Trump ikkontradixxa aġenziji Amerikani meta qal li r-Russja ma kellha l-ebda raġuni biex tagħmel dak li qed tkun akkużata bih.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Repubblikani fil-Kungress qal li Trump għandu jara li r-Russja mhix alleat tal-Istati Uniti.

Aqra aktar

Il-mużika u l-futbol jiltaqgħu għall-finali tat-tazza tad-dinja

Tħobb il-futbol? Tħobb id-divertiment? Tħobb il-moda? Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju hija l-ġurnata ideali għalik. It-tim organizzattiv tal- Partit Laburista, magħruf għall-avvenimenti kbar u tal-massa, se jkun qed jorganizza l-ikbar attività tal-ġurnata, attività bl-isem ta’ “Winners the Football Concert” ġewwa l-kumpless Aria, San Ġwann. Fi frażi waħda hija l-attività fejn il-futbol u l-mużika se jiltaqgħu.

Aqra aktar

Il-Qattus u l-qarnita tat-tazza tad-dinja

Tiftakruh lil Pawlu l-qarnita li qata’ diversi logħbiet matul it-Tazza tad-Dinja ta’ tmien snin ilu.

Kull edizzjoni riċenti tat-Tazza tad-Dinja saret marbuta ma’ xi annimal li skont uħud ikollu kapaċità li jbassar min se jirbaħ il-logħob milgħub fil-grawnd.

Aqra aktar

Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja

Bħalissa it-Tazza tad-Dinja tinsab f’fomm kulħadd hekk kif l-aspettazzjonijiet tal-Maltin għal din il-kompetizzjoni huma kbar. Crew ta’ ONE News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u hekk kif bħalissa d-dinja mistennija tieqaf għal xahar staqsejna lin-nies jekk humiex se jsegwu l-logħob u dwar it-timijiet favoriti tagħhom.Aqra aktar

ARA: Robbie Williams joħroġ is-suba’ tan-nofs

Waqt il-kanzunetta uffiċjali tal-ftuħ tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, Robbie Williams għoġbu jsellem lill-pubbliku internazzjonali li kien qed isegwi dan l-avveniment billi mill-qalb jidher joħroġ is-suba’ tan-nofs.

Tgħid għax qata’ xewqa oħra; dik li jkanta fil-ftuħ ta’ dan l-avveniment?

 

Ħerqa kbira fost id-dilettanti Maltin għat-tazza tad-dinja

 

It-Tazza tad-Dinja tinsab magħna u kulma jmur id-deni fost il-partitarji għal din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja qiegħed dejjem jiżdied.  Dan jista’ jingħad ukoll għal Malta hekk kif Crew ta’ ONE NEWS mar jiltaqa’ mad-dilettanti tat-Tazza tad-Dinja li rħewla sa Triq il-Merkanti sabiex ipartu l-kupuni ħalli jkunu jistgħu jagħqdu l-album.

Tkellimna ma’ Domenic Anastasi li kien il-moħħ wara din l-inizjattiva li ilha ssir f’Malta għal dawn l-aħħar 30 sena:

Jiena peress li dilettant tal-futbol missieri bin-negozju konna 5 subien u għedt mhux posti u bdejt nipprova nsib xi haga u minn dejjem kont dilettant tal-futbol dejjem nibgħat l’hemm u l’hawn u minn hemm bdiet l-istorja.

Is-Sur Anastasi qal li ta’ kuljum jiġu diversi nies madanakollu, l-aktar li jkunu mħabbtin huwa fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Triq il-Merkanti tkun maħnuqa b’mijiet ta’ persuni fosthom anke politiċi u turisti li jkun għal btala f’Malta:

L-iktar li jiġu huwa s-sibt ikun hawn mijiet- kuljum dejjem ikun hawn filghodu dawk it-30/40 ruħ.  Din ilha sejra xi 30 sena li jiġu hawn u jpartu sar post magħruf bħala tal-kupuni.  Barranin tal-cruiseliners jigu icemplu l familji u joqodu jpartu- qas jarraw il-pajjiz biex joqgħodu jpartu.

Minkejja li t-tradizzjoni ilha ssir tul dawn is-snin kollha, illum il-ġurnata, t-tpartit tal-uċuh tal-players tal-futbol qiegħed isir ukoll online permezz ta’ diversi gruppi fuq il-media soċjali.

Send this to a friend