Russja – One News

Notifiki

Splużjoni fir-Russja twassal għal livelli għolja ta’ radjazzjoni

Residenti li jgħixu fil-belt Russa ta’ Severodvinsk qed jiġu mħeġġa jibqgħu ġewwa wara li jumejn ilu seħħet splużjoni f’sit fejn kienet qed tiġi ttestjata missila nukleari ġdida. Filwaqt li l-unika informazzjoni uffiċjali li ħarġet kienet li seħħ inċident ir-residenti ingħatawlhom pinnoli tal-Iondine minħabba li setgħu kienu esposti għal xi livelli għoljin ta’ radjazzjoni. Din il-mediċina tintuża sabiex timplokka l-glandola tat-thyroid milli tassorbi raġġi perikolużi. Aqra aktar

Fir-Russja: 14-il baħri jmutu abbord sottomarin ta’ riċerka

Il-Ministeru għad-Difiża Russu qal li nar li tqabbad fuq sottomarin navali Russu li kien qed jintuża għar-riċerka, qatel 14-il membru tal-ekwipaġġ. Il-Membri tal-ekwipaġġ ġew ivvalentati bid-duħħan li ħareġ mill-bastimenti Russi li nhar it-Tnejn li għadda kienu qegħdin ibaħħru f’territorju Russu. Il-Ministeru ma ta l-ebda dettalji dwar it-tip ta’ bastiment li kien qiegħed jintuża. Aqra aktar

Send this to a friend