russi – One News

Notifiki

Ta’ Ħal Għaxaq ħasbu fir-Russi li jgħixu hawn Malta

 

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ingħaqad ma’ 2 Minds Events biex dan il-Milied ħaseb fir-Russi li jgħixu hawn Malta.

Tul ir-Russian Winter Fest wieħed se jgawdi minn għazla kbira ta’ ikel tipiku Russu msajjar minn koki Russi, kif ukoll xorb tipiku, artiġjanar u divertiment Russu. L-attività ser tkun mifruxa fuq jumejn, nhar is-Sibt 10 ta’ Dicembru mill-5pm ‘l quddiem u l-Hadd 11 ta’ Dicembru 2016 minn 10am sa 6pm fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

Aqra aktar

Malta mhux se tagħti fuel lil bastimenti navali Russi – xorta jdawwru petizzjoni

Malta għamlitha ċara li mhux se tħalli vapuri navali Russi fil-Mediterran jieħdu fuel jew jieqfu għal bunkering f’Malta.

screen-shot-2016-10-27-at-13-45-02

Minkejja li pajjiżna diġa’ għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara, hemm min qed jibgħat emails bl-għan li jallarma jew inkella joħloq sensazzjoni. Saħansittra qed jitolbu li tkun iffirmata petizzjoni.

Din l-email qed issib ruħha l-inbox ta’ bosta.

Aqra aktar

Malta magħżula bħala post fejn ma jmut ħadd fl-2027!

Id-direttur Bulgaru tal-films Javor Gardev, popolarissimu u rebbieħ ta’ diversi premji, għadu kemm temm xogħolu hawn Malta, fejn kien qed jaħdem fuq il-film Russu ‘Icaria’.

Dan huwa film tal-fantaxjenza, li jseħħ fl-2027, meta d-dinja għamlet progressi kbar fil-ġenetika u l-mewt saret impossibbli.

L-imħuħ wara dan il-film inġibdu lejn Malta grazzi għall-faċilitajiet uniċi tal-Film Studios fil-Kalkara. Iżda wara diskussjonijiet mal-Malta Film Commission, inġibdu xejni f’postijiet oħra madwar Malta u Għawdex.

Aqra aktar

Send this to a friend