ruma – Page 3 – One News

Notifiki

Malti fost dawk li sawtu tfajla Russa fl-Italja

Raġel Malti u tliet tfajliet Ingliżi, li għandhom bejn it-23 sena u l-54 sena, kienu qed jiddeveru f’post tad-divertiment meta f’ħin minnhom, mingħajr ebda raġuni, qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa fiċ-Ċentru ta’ Ruma. Dan skond rapport Corriera della Sera.

Qed jingħad li l-grupp xorbu aktar milli felħu hekk kif qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa ta’ 27 sena, meta għal raġuni mhux magħrufa, bdew ifajru d-daqqiet ta’ sieq u bil-ponn.

Aqra aktar

RITRATTI: Interpretazzjoni mill-isbaħ mill-Orkestra Nazzjonali f’Ruma

F’kunċert fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Ruma, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt it-tmexxija tas-Surmast Brian Schembri, tat interpretazzjoni mill-isbaħ tal-Missa Solemnis ta’ Beethoven, fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, numru ta’ Kardinali, tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, numru ta’ Isqfijiet u diversi Ministri Maltin.
Aqra aktar

Il-President tistieden lill-Papa għal żjara f’Malta

Illum il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha laqgħa fil-magħluq mal-Papa Franġisku f’Ruma. Dan proprju fil-ġurnata t’għeluq snin il-Papa fejn illum se jkun qed jiċċelebra t-80 sena.

F’kumment ma’ onenews.com.mt, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet dwar kif pajjiżna għandu jħossu kburi bit-turija tat-talent Malti f’Pjazza San Pietru f’Ruma, dwar id-diskussjoni li kellha mal-Papa Franġisku waqt il-laqgħa ta’ bejniethom u kif ukoll dwar l-istedina li għamlitlu biex jiġi jżur Malta.

Il-President qalet li f’laqgħa kemmxejn twila li kellha mal-Papa Franġisku, hi bdiet billi rringrazzjatu tal-opportunità mill-isbaħ li ta lill-Malta biex jiġi esebit xogħol Manuel Grech u t-tim tiegħu f’Pjazza San Pietru f’Ruma. Dan hekk kif bħalissa il-presepju Malti jinsab armat b’bosta persuni jżuruh u jammiraw t-talent Malti.

Aqra aktar

Il-presepju Malti jiġbed l-interess tal-mezzi tax-xandir Taljani

Illum, għall-ħabta tal-16:30, issir l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Presepju Malti fil-Vatikan.

Kull sena fil-Vatikan ikun hemm presepju magħmul minn xi reġjun Taljan differenti, iżda din is-sena presepju magħmul propju f’pajjiżna se jkun eżebit fi Pjazza San Pietru mil llum sat-8 ta’Jannar.

Dan il-presepju huwa wieħed partikolari għax fih karatteristiċi tipiċi tal-pajsaġġ Malti, inkluż l-arkitettura, il-flora u l-fauna, kif ukoll figuri tradizzjonali tal-presepju.

Hawn tista’ ssegwi intervista mal-artist Għawdxi Manwel Grech:

Aqra aktar

Malta u l-Italja se jiċċelebraw flimkien

Is-Segretarju Parlmentari Ian Borg u s-Segretarju tal-Istat Taljan għall-Affarijiet Ewropej Sandro Gozi tkellmu dwar il-klima politika Ewropea u iddiskutew il-preparamenti għas-60 sena mit-Trattat ta’ Ruma.

F’laqgħa dalgħodu, Gozi qal li dan l-anniversarju se jkun qed jiġri waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u dak Malti Joseph Muscat se jkunu qed jospitaw avveniment flimkien.

It-Trattat ta’ Ruma huwa dak it-trattat uffiċjali li permezz tiegħu ġiet stabbilita l-Komunità Ekonomika Ewropea. Kien iffirmat nhar il-25 ta’ Marzu 1957 mill-Belġju, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, u l-Ġermanja tal-Punent.

Aqra aktar

Send this to a friend