ruma – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Papa jgħid li l-Isqfijiet m’għandhomx jindaħlu fil-politika

Il-Papa Franġisku wissa’ lill-Isqfijiet ordnati ġodda biex ma jindaħlux fil-politika, kummerċ u anke status ta’ soċjetà għolja.

L-isqfijiet ordnati ġodda ġejjin minn djoċesijiet differenti, b’wieħed minnhom huwa l-Għawdxi Monsijur Alfred Xuereb. Miegħu ġie ordnat ukoll Monsijur Stanislaw mid-djoċesi tal-Polonja u Monsijur Bettencourt mill-Kanada.

Evitaw it-tentazzjoni li ssiru prinċpijiet

saħaq il-Papa fejn sostna li l-irwol tagħhom għandu jkun li jservu mhux li jiddominaw.

Iċ-ċerimonja saret ilbierah it-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018 fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.

Monsinjur Alfred Xuereb isir Arċisqof f’jum il-festa ta’ San Ġużepp

Monsinjur Alfred Xuereb li serva għal bosta snin viċin il-Papa Franġisku laħaq Nunzju tal-Korea ta’ Isfel. Dan ġara malli rċieva l-ħatra permezz ta’ ittra mill-Papa mill-Vatikan.

Madanakollu dawk li l-Papa jagħżel bħala Ambaxxaturi tal-Vatikan għal xi pajjiż jingħataw ukoll il-ħatra ta’ Isqfijiet. Ma jkunx isqof bi djoċesi partikulari xi jmexxu imma jingħataw it-titlu ta’ Isqfijiet Titulari, jigifieri ta’ Djocesi li m’ghadhiex tezisti.

Fil-fatt Monsinjur Xuereb ingħata t-tiltu ta’ Arċisqof ta’ Amantea.

L-ordinazzjoni tiegħu ta’ Isqof ħa ssir nhar it-Tnejn li ġej mill-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Imbagħad imur il-Korea fejn jippreżenta l-ittri tal-kredenzjali lill-President tal-pajjiż.

Bergoglio jagħlaq ħames snin Papa tal-Knisja Kattolika Rumana

Bħal-lum ħames snin ilu 13 ta’ Marzu 2013 fil-ħin preċiż tan-12.28 ta’ filgħodu tħabbar Papa ġdid.

Papa Franġisku huwa l-266 Papa tal-Knisja Kattolika Rumana.

Jorge Mario Bergoglio huwa l-isem propja tal-Papa li għażel l-isem ta’ Franġisku ad unur il-qaddis San Franġsik t’Assisi.

Din is-sena l-Papa jgħalaq 82 sena.

Huwa Papa maħbub b’mod speċjali għall-mod kif iwassal il-kelma ta’ Kristu b’eżempju għaliex jagħmel karità mal-fqar.

Il-Kolossew ta’ Ruma jinxtgħel b’dawl aħmar b’solidarjetà mal-Kristjani ppersegwitati

Nhar is-Sibt, 24 ta’ Frar 2018, il-Kolossew ta’ Ruma inxtgħel bid-dawl aħmar biex jiġbed l-attenzjoni fuq il-qagħda mwiegħra madwar id-dinja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. L-avveniment beda fis-6.00p.m.

Din kienet inizjattiva tal-Aid to the Church in Need (ACN), il-Fondazzjoni Pontifiċja ta’ Karità li tappoġġja lill-Kristjani ppersegwitati f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja. Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, meta kien quddiem il-monument storiku mixgħul qal: “Hemm miljuni ta’ nies madwar id-dinja li qegħdin isofru minħabba l-Fidi tagħhom, u nippretendu li xejn m’hu xejn.” 

Fost il-mijiet ta’ miljuni ta’ nies li għadhom isofru diskriminazzjoni jew agħar, persekuzzjoni, minħabba l-fidi tagħhom, l-aktar numerużi huma bla dubju l-Kristjani

Seba’ mexxejja jiddiskutu l-futur tal-Ewropa

Bil-bandiera bajda u ħamra fl-isfond meta l-Prim Ministru rrappreżenta lil pajjiżna f’Ruma waqt summit tal-Mexxejja tan-Naħa t’Isfel tal-Ewropa, il-Prim Minitru Joseph Muscat sostna li ċ-ċittadini kollha Ewropej għandhom ikunu fil-qofol tad-diskussjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa.

Din kienet ir-raba’ darba li ttella’ dan is-summit, bil-għan li l-pajjizi tan-Naħa t’Isfel tal-Ewropa wkoll jingħataw leħen biex iressqu l-ideat tagħhom fuq diversi oqsma fl-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-eks Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta mitlub ma jersaqx lejn Ruma għall-elezzjoni

Id-delegat speċjali tal-Papa Franġisku li qed iħares l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta ordna lill-eks mexxej, Matthew Festing, biex joqgħod ‘il bogħod mill-elezzjoni li fiha se jkun qed jiġi elett is-suċċessur tiegħu, fejn fiha se jivvotaw il-membri tal-Kunsill tal-Istat.

Fil-15 ta’ April, l-Arċisqof Angelo Becciu kiteb lill-Fra Matthew Festing, l-eks Gran Mastru tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta, fejn qallu biex “ma jmurx Ruma” għall-elezzjoni li se ssir fid-29 ta’ April.

Aqra aktar

“Qed niċċelebraw storja sabiħa ta’ libertà” – Tajani

Illum qed niċċelebraw storja sabiħa ta’ libertà li twieldet mill-irmied tal-gwerra, qal il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fid-diskors tiegħu waqt is-Summit f’Ruma.

Spjega kif rridu nkunu kburin bil-wirt ta’ missierijietna u kif ma missniex ninsew il-konsegwenzi ta’ mingħajr Ewropa. Hu qal li issa rridu Ewropa li taħdem aħjar fejn l-Unjoni tagħna għadha mhix kompluta. “Ma nistghux nibdew jekk ma nersqu viċin iċ-ċittadini tagħna. Irridu Ewropa mibnija fuq il-fatti,” qal Tajani.

Aqra aktar

“Jien twelidt mal-komunità Ewropea …dan huwa jum personali ħafna” – Tusk

“Jien twelidt mal-komunità Ewropea, propju sittin sena ilu. Għalekk dan il-jum, għalija, huwa wieħed personali ħafna,” qal dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk waqt l-indirizz tiegħu waqt is-Summit f’Ruma .

Hu spjega kif il-ħolmiet ta’ sittin sena ilu jridu jitkomplew. Tusk qal li llum qed nirrepetu l-verità; li xejn m’hu garantit, u li biex tibni dinja sabiħa trid tagħmel sagrifiċċju fejn biex tkisser dak l-ideal, kull ma trid hi sekonda.

“Illum qed nerġgħu nwelldu l-alleanza li twieldet sittin sena ilu. Minkejja t-traġedji riċenti, kull tama trid titpoġġa fl-Unjoni. Demokrazija, indipendenza u l-libertà u d-dinjità huma dawk li jgħaqduna. Illum mhux biżżejjed li nsejħu għall-għaqda. Hija iktar importanti li niffukaw fuq drittijiet, libertaijiet, bilanċ, u rule of law. Dan huwa l-fundament tal-Ewropa,” sostna Tusk

Aqra aktar

IL-PM F’RUMA: Il-ġejjieni jiddependi fuq l-azzjonijiet tagħna

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, kellu messaġġ ċar meta fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju mill-bidu tal-Unjoni Ewropea tkellem f’Ruma quddiem il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ewropa li segwiet minn fuq il-mezzi tax-xandir.

“L-avvenimenti tal-ġejjieni jistgħu jkunu tagħna bl-azzjonijiet tagħna,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat. Id-diskors tiegħu kien wieħed marbut fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tkun waħda umana li tifhem liċ-ċittadini tagħha u tkun solidali. Il-ħaddiema u d-drittijiet ċivili sabu posthom fid-diskors storiku ta’ Joseph Muscat.

Aqra aktar

“L-Ewropa trid tidħol f’territorji fejn sal-lum iċ-ċittadini jħossuhom abbandunati”

L-Ewropa ma tridx tingħalaq fiha nnifisha, iżda trid tidħol f’territorji fejn sal-lum iċ-ċittadini jħossuhom abbandunati. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt djalogu maċ-ċittadini f’Ruma, lejlet li l-Unjoni Ewropea tiċċelebra s-sittin anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentata Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, Federica Mogerhini, li flimkien tkellmu dwar il-futur tal-Ewropa ma’ diversi żgħażagħ u studenti, ħafna minnhom pparteċipaw fil-programm edukattiv Erasmus li qed ifakkar it-30 anniversarju tiegħu.
Aqra aktar

Send this to a friend