ruma – One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jfaħħar presepju Malti f’Ruma bħala eżerċizzju eċċellenti fid-diplomazija kulturali

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ddeskriva wirja ta’ xena oriġinali Maltija (presepju) fil-Bażilika Papali ta’ San Pawl f’Ruma bħala eżempju eċċellenti ta’ diplomazija kulturali, inizjattiva li ġġib in-nies aktar qrib xulxin permezz ta’ apprezzament aħjar kemm tas-similaritajiet u tad-differenzi kulturali tagħhom. Huwa ddeskriva l-presepju, introdott għall-ewwel darba minn San Franġisk t’Assisi fl-1223, bħala simbolu universali tal-messaġġ reali tal-Milied f’Malta, l-Istat tal-Vatikan, l-Italja, u f’ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja. Aqra aktar

Il-Gvern Taljan b’apoloġija mal-Ambaxxatriċi Maltija fl-Italja

Il-Ministru tal-Affarijiet barranin u kooperazzjoni Internazzjonali Taljan Enzo Moavero Milanesi ċempel lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela biex f’isem il-Gvern Taljan jitlob skuża għall-insulti li l-Ambaxxatriċi Maltija f’Ruma Vanessa Frazier irċeviet permezz ta’ sit privat fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Aqra aktar

Salvini bi kruċjata kontra l-barranin f’Ruma

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, jinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja oħra.

Din id-darba wara li appella biex isir ċensiment tat-Taljani kollha li jgħixu f’Ruma. Minkejja li din it-talba tinstema waħda normali, qed jiġi rrappurtat li l-għan ta’ Salvini, hu li jkeċċi minn Ruma dawk kollha li mhumiex Taljani.

Aqra aktar

ARA: Jissammru fil-Filippini – tradizzjonijiet differenti minn pajjiż għall-ieħor

Il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira tkun imfakkra f’pajjiżi differenti li kollha għandhom tradizzjonijiet u kulturi differenti.

Fit-toroq tal-Filippini, diversi persuni jsawtu lillhom infushom u biex iżidu d-dmija huma jużaw xfafar. Wara ssir purċissjoni, fejn persuna tirrapreżenta lil Ġesù, iġorr salib matul il-korsija tal-purċissjoni u wara tkun imsallba.

Aqra aktar

Send this to a friend