rule of law – One News

Notifiki

“Moviment ta’ bidla istituzzjonali wkoll”- il-PM

Storikament qatt ma kien hawn moviment f’pożizzjoni tajba li jwettaq il-bidla.

Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta fisser kif il-moviment Laburista jaħseb għall-futur billi ma jibżax ibiddel.

Huwa qal dan waqt li tkellem dwar il-bidliet fil-kostituzzjoni tal-pajjiż u l-proposta tal-Parlament Ewropew li tiġi l-Kummissjoni Venezja bħala entità indipendenti li tara x’inhuma s-sistemi ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Kien imiss lil Fitch

Kien imiss lil Fitch li tkun it-tielet aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li tagħti riżultat b’saħħtu lil pajjiżna. Wara l-upgrades ta’ Moody’s u d-DBRS Fitch żammet ir-rating ta’ Malta f’livell A+. Livell li pajjiżna tela’ għalih is-sena li għaddiet. Fost oħrajn Fitch semmiet l-importanza tal-governanza tajba u kif anke hawn Malta kisbet riżultati b’saħħithom. Intqal li r-riżultati huma indikazzjoni ta’ rule of law b’saħħitha u gvern effettiv. Meta rreaġixxa għal dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu kliem ta’ sodisfazzjon. Anke għax l-aġenzija indipendenti qed tbassar li l-eokonomija Maltija se tibqa’ tkun iktar b’saħħitha minn ta’ oħrajn fl-istess livell. Ir-rata ta’ 7.2% fit-tkabbir ekonomiku kienet marbuta wkoll mal-esportazzjoni tas-servizzi.

Fitch tbassar ukoll li Malta se jibqa’ jkollha surplus. Din is-sena dan is-surplus mistenni jkun ta’ 1.5%. Filwaqt li kien innutat ukoll kif id-dejn ta’ pajjiżna qed jonqos. Fitch tinnota s-settur bankarju b’saħħtu f’Malta, il-fatt li għandna qgħad baxx u l-fatt li r-rata ta’ inflazzjoni kienet iżgħar, inqas minn ta’ pajjiżi oħra fl-istess kategorija.

Tidħol fis-seħħ il-liġi li tagħti poter ġdid ta’ skrutinju lill-Parlament dwar ħatriet pubbliċi ewlenin

Illum daħal fis-seħħ Att numru II tal-2018 li bis-saħħa tiegħu l-Kamra tad-Deputati se jkollha poter ġdid li tagħmel skrutinju fuq ħatriet ta’ Chairpersons tal-awtoritajiet regolatorji ewlenin u Ambaxxaturi li ġejjin minn barra s-servizz pubbliku.

F’miżura b’saħħitha ta’ trasparenza u tisħiħ tal-amministrazzjoni tajba, din il-liġi se tara t-twaqqif ta’ Kumitat magħżul tal-Kamra tad-Deputati ġdid li se jkollu d-dritt li jagħmel domandi bil-miktub u, sussegwentement, anke verbali lil persuni li jiġu nominati minn Ministri biex iservu bħala Chairpersons ta’ awtoritajiet regolatorji jew Ambaxxaturi mhux tal-karriera. Dan il-Kumitat se jkollu wkoll id-dritt li jagħti parir lill-Ministru konċernat favur jew kontra l-persuna nominata biex tokkupa l-kariga proposta.

Aqra aktar

Send this to a friend