rugby – One News

Notifiki

ARA: #UnitedForMalta – L-MFA u l-MRFU jingħaqdu flimkien biex jippromwovu t-timijiet nazzjonali

Żewġ assoċjazzjonijiet sportivi ingħaqdu flimkien biex jippromwovu l-attivitajiet tagħhom bl-għan li jkabbru s- sapport lejn it-timijiet nazzjonali.

#UnitedForMalta huwa t-titlu tal-promozzjoni konġunta bejn il-Malta Football Association u l-Malta Rugby Football Union, probabbli l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta fl-isport lokali, u li tnediet iktar kmieni din il-ġimgħa.

Andrè Schembri u Rowen Muscat, it-tnejn membri tat-tim nazzjonali tal-football, ingħaqdu ma’ żewġ players tat-tim nazzjonali tar-rugby, Julian Galea u Matthew Spiteri, għal photo-shoot fl-Istadium Nazzjonali.

Aqra aktar

Malta qed issejjaħlek – agħmel share

Nhar is-Sibt 22 ta’ April it-tim nazzjonali tar-rugby f’pajjiżna se jkun qed jilgħab kontra t-tim tal-Iżrael. Logħba mistennija ferm mill-Maltin għaliex l-atmosfera ta’ logħba rugby toffri pjaċir u divertiment lil dawk preżenti. Dawk interessati għadhom fiċ-ċans li jingħataw biljetti VIP għal din il-logħba.

Aqra aktar

Rebħa storika u rekord għat-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby

It-tim nazzjonali Malti kellu bidu impressjonanti ghal Kampjonati Ewropej, fl-istadju ta’ kwalifikazzjoni, meta għeleb lill Andorra bl-iskor kbir ta’ 63-15. Dan huwa skor rekord għal pajjiżna f’din id-dixxipplina.

Kienet wirja tajba ta’ l-intenzjonijiet Maltin taħt il-kowc Damian Neill fil-Conference South. Fir-ritratt esklussiv għal One News, il-plejers jidhru jiċċelebraw, u bir-raġun!

 James Kirk kien l-aqwa plejer ghal Malta, hu ghamel xejn anqas minn tliet tries. James Morris kien sostitut tajjeb għal James O’Brien u skorja xejn anqas minn 18-il punti, f’partita bla preċedent.

Aqra aktar

Malta tirbaħ kampjonat tar-Rugby

• Ġibna fix-xejn l-isfidi tal-Iżlanda u l-Montenegro

It-tim Nazzjonali tar-Rugby tal-Irġiel għadhom kemm ġew inkurunati champions tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2. Dan wara li fil-finali għelbu lill-Montenegro bl-iskor ta’ 19-0.

Aqra aktar

Send this to a friend