rotot – One News

Notifiki

L-Air Malta timmira għal rotot ‘il barra mill-Ewropa

Fil-programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd, Paperscan, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi saħaq li l-konnetività ta’ rotot mil-Linja Nazzjonali tal-Ajru Maltija ma’ pajjiżi oħra ser tiżdied.

Mizzi saħaq li għalkemm dan il-pass huwa ferm importanti għat-Turiżmu f’Malta, dan ser jiswa ta’ ġid ukoll għall-Industriji Finanzjarji.Aqra aktar

Jerġgħu jibdew joperaw ħames rotot diretti

Għal darb’oħra se jkunu qed jerġgħu jibdew joperaw ħames rotot diretti, msejħa Tallinja Direct, li se joffru servizz dirett bejn diversi lokalitajiet popolari f’Malta.

Dawn ir-rotot Tallinja Direct se jinkludu vjaġġi kuljum bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta, Buġibba u l-Belt Valletta, u Tas-Sliema u l-Ajruport. Minn nhar il-Ħadd li ġej, ser ikunu qed jiġu introdotti wkoll rotot diretti bejn Marsaxlokk u dawn il-lokalitajiet: Tas-Sliema, Buġibba u l-Belt Valletta.

Il-karozzi tal-linja u l-bus stops minn fejn tista’ tirkeb ir-rotot Tallinja Direct għandhom tabelli apposta sabiex jintgħarfu.

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

L-Air Malta tgiddeb għal kollox lit-Times

Il-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta fi stqarrija caħdu b’mod kategoriku r-rapport ta’ Ivan Camilleri fit-Times of Malta li l-linja tal-ajru waqqfet titjiriet lejn Frankfurt biex tintgħoġob ma’ Alitalia.

L-artiklu jikkwota sorsi li Camilleri ma’ jgħidx min huma. Dawn is-‘sorsi’ jgħidu li bid-deċiżjoni li ħadet l-Air Malta dwar Frankfurt, deheret tajba mal-Alitalia, biex tipprova tikkonkludi n-negozjati magħha. Aqra aktar

Send this to a friend