rota – One News

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ferut gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota u ħabat ma’ ‘bollard’

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ bollard. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15pm tat-Tlieta fi Triq Santa Tereża, Bormla. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Aqra aktar

Arrestat wara li seraq rota

Antoine Mallia ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ deher quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella wara li ġie akkużat li seraq rota. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Aqra aktar

Il-parteċipanti tal-LifeCycle Challenge jiltaqgħu mal-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat iltaqgħu ma wħud mill-parteċipanti li se jkunu qed jipparteċipaw fi sfida diffiċli.

Sfida organizzata mill-Lifecycle u din is-sena se ssir fil-Kenya u t-Tanzania.

Din se tkun waħda mill-aktar sfidi diffiċli li għamlu l-parteċipanti tal-Lifecycle sa issa dan minħabba n-numru ta’ tlajja li se jiltaqgħu magħhom f’din l-isfida bir-roti.

Matul din l-isfida se jkunu qed jinġabru fondi b’risq il-pazjenti li għandhom kundizzjoni medika fil-kliewi u b’risq il-grupp li joffri sapport lil persuni li jkollhom bżonn trapjant.

Il-parteċipanti se jkunu qed jaqdfu għal 2000 kilometru bejn l-14 u t-18 ta’ Lulju.

Aqra aktar

Raġel li kien għaddej fuq rota l-Mellieħa milqut minn quadbike

Illum għall-ħabta tas-siegħa u nofs, il-Pulizija  ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Ġorġ Borġ Olivier, Mellieħa.

Raġel ta’ 39 sena, li jirrisjedi Birkirkara, waqt li kien għaddejj fuq ir-rota, ġie milqut minn quadbike misjuq min raġel ta’ 57  sena, li jirrisjedi Poala.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 39 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ġuvni fuq rota jintlaqat minn ġuvni ieħor b’vann

Illum għall-ħabta tat-tlieta neqsien għaxra ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.

Ġuvni ta’ 28 sena, li jirrisjedi l-Isla kien għaddejj fuq ir-rota,meta ġie milqut minn vann Tata misjuq min ġuvni ta’ 27  sena, li jirrisjedi l-Isla.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-ġuvni ta’ 28 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b’rota BMX

Karl Naja riċentament sar l-ewwel Malti li jagħmel backflip b’rota tal-BMX meta huwa rnexxielu jagħmel dan nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017 fl-Indoor Skate Park ta’ Pembroke.

Naja li għandu 27 sena beda jsuq il-BMX fis-sena 2004. Minn meta kien ta’ eta żgħira huwa kellu mħabba għar-rota u kien meta xi ħbieb ħaduh it-trakka tal-BMX f’Pembroke li huwa ħass li dan huwa l-isport addattat għalih. Immedjatament huwa beda jfaddal l-flus biex jixtri r-rota addatta għal BMX. Appena huwa xtara rota Haro beda imur tlieta  jew erba’ darbiet kull ġimgħa jipprattika dan l-isport minfejn kien jitlaq kull darba bl-istess rota minn tas-Sliema sa Pembroke.

Aqra aktar