romeo bone – One News

Notifiki

Romeo Bone joħroġ mill-isptar; ma lissen ebda kelma mal-Pulizija

Tliet xhur wara li Romeo Bone ta’ 40 sena kien fil-mira ta’ karozza bomba ħareġ mill-Isptar. F’dawn ix-xhur, Bone għamel xi żmien fit-Taqsima tal-Kura instensiva wara li f’din l-isplużjoni tilef saqajh. Il-karozza bomba saret fl-20 ta’ Frar meta l-karozza ta’ Bone splodiet waqt li kien wieqaf bil-karozza quddiem it-traffic lights fi triq ewlenija fl-Imsida. Huwa mifhum li l-bomba tpoġġiet taħt il-karozza u kienet mimlija bil-ħadid.

Aqra aktar

Il-Pulizija tfittex aktar rabtiet bejn każ u ieħor

Fil-karozza ta’ Romeo Bone, li nhar it-Tnejn kienet l-aħħar minn sensiela li spiċċaw sploduti permezz ta’ bomba, instabu kemm droga kif ukoll armi. Ikkonfermaw dan mal-gazzetta KullĦadd imkejjen qrib l-investigazzjoni li, filwaqt li qagħdu lura ħafna milli jagħtu dettalji f’mument meqjus bħala kritiku għall-investigazzjoni, fissru kif din is-sejba hija ħolqa żgħira oħra f’investigazzjoni kbira li tinsab għaddejja. Bone, li għandu rekord kriminali, spiċċa tilef iż-żewġ saqajn u sofra ġrieħi gravi oħra.

Tagħrif miksub minn imkejjen differenti fil-Korp tal-Pulizija jgħid li l-investigaturi għandhom idea tajba ħafna ta’ x’qiegħed jiġri u min jistgħu jkunu l-klikek ta’ kriminalità involuti fil-każ. Iżda mhux dejjem huwa faċli li wieħed iressaq in-nies il-Qorti, speċjalment meta l-imħuħ kriminali u professjonali ftit li xejn ikunu ħallew traċċi. Wieħed irid jikkunsidra wkoll li, f’pajjiż bħal tagħna, il-pulizija taħdem f’qafas ta’ liġijiet ta’ pajjiż ċivilizzat.

Aqra aktar

NIKKONFERMAW: IL-MIDRUB HUWA ROMEO BONE

Nistgħu nikkonfermaw li l-midrub fil-każ tal-bomba li splodiet dalgħodu fl-Imsida huwa Romeo Bone mill-Furjana. Isem magħruf sew mall-Pulizija. Għall-ewwel stajna nikkonfermaw li l-karozza hija ta’ Bone, iżda issa sorsi ta’ min joqgħod fuqhom ikkonfermawlna li huwa l-vittma tal-isplużjoni.

Huwa ndarab b’mod serju ħafna tant li tilef saqajh it-tnejn. Bħalissa qed jissielet bejn ħajja u mewt.
Aqra aktar

Send this to a friend