rodrick galdes – One News

Notifiki

Proġett ta’ tisbieħ f’30 Housing Estate b’investiment ta’ €150,000

Il-Gvern nieda proġett ta’ tisbieħ fi 30 qasam tad-djar tal-gvern fosthom fil-Ħamrun, il-Floriana, is-Siġġiewi u ta’ Xbiex.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju parlamentari għall-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes qal li x-xogħol ta’ manutenzjoni se jsir b’investiment ta’ mija u ħamsin elf ewro. Qal li dan l-investiment li se jibbenefikaw minnu 220 familja li jgħixu f’dawn l-oqsma tad-djar.   Aqra aktar

L-ewwel pass għal inizjattivi ta’ housing speċjalizzat; jitwaqqaf bord ta’ esperti biex tibda titwettaq miżura tal-Budget 2019

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħabbar li twaqqaf bord ta’ esperti għal programmi speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni (specialised housing programmes) fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.

 Dan qed isir biex proġetti ta’ housing speċjalizzati ikkordinati minn NGOs li jipprovdu servizz mingħajr profitt jiġu appoġġjati bi gwidi ċari ta’ best practices, u għajnuniet oħra, fosthom għotjiet finanzjarji jew allokazzjonijiet ta’ spazji adekwati. Dan se jsir skont il-prijoritajiet li se jiġu stabbiliti mill-membri ta’ dan il-bord.Aqra aktar

Il-kumpanija tal-avjazzjoni Medavia bi kliem pożittiv għall-White Paper tal-Gvern dwar is-suq tal-kera

Il-kumpanija tal-Avjazzjoni Medavia kellha kliem pożittiv għall-proposti mħabbra mill-gvern fil-white paper dwar is-suq tal-kera.

Dan fl-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes dwar il-white paper li għandha l-għan li tibda tirregola s-suq tal-kera.Aqra aktar

Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri

Is-sibt u l-Ħadd ir-Razzett tal-Gvern fl-Għammieri, se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku u se jinbidel f’villaġġ tal-Milied.

Baned u korijiet tal-Milied se jtellgħu spettaklu biex idaħħlu lill-pubbliku fl-atmosfera tal-Milied. Se jkun hemm armati wkoll diversi gabbani li jbiegħu ikel, xorb u affarijiet tal-Milied.

Aqra aktar

Send this to a friend