Roderick Galdes | One News

Notifiki

Investiment ta’ €35,000 fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Santa Venera

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis, illum żaru l-lokalità ta’ Santa Venera biex iħabbru ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Kunsill Lokali għar-rinnovar ta’ 4 blokok ta’ housing soċjali. Dan isegwi t-tisbiħ ta’ żewġ blokok oħra li bbenefikaw fl-2018, biex b’hekk l-investiment totali jitla għal kważi €35,000.

Aqra aktar

Nikkommetti ruħi li nisma’ l-bżonnijiet tal-familji Maltin – Leonid McKay

Dan se jkun wieħed mill-oġġettivi tiegħi bħala kap eżekuttiv tal-awtorita tad-djar li mhux biss nirrikonoxxu dawn ir-realtajiet ta’ familji f’Malta, iżda wkoll nkunu sensittivi lejn il-bżonnijet tagħhom u hawn nikkommetti ruħi li se nkunu qed nisimgħu dawn il-bżonnijiet u nieħdu miżuri f’dan ir-rigward.

Hekk iddeskriva l-missjoni tiegħu bħala kap eżekuttiv ġdid fi ħdan l-Awtorità tad-Djar Leonid McKay li fl-aħħar jiem ħa post Stephen McCarty.

Tul il-jum tal-Ħamis, is-Sur Mckay ltaqà ma’ kull wieħed u waħda mill-130 impjegat fi ħdan din l-Awtorità fejn kellu l-opportunità li jismà dwar l-irwol tagħhom fil-ħidma ta’ kuljum.

F’intervistà li ta lil ONE News is-Sur McKay stqarr li l-mira tiegħu hi li l-Awtorità tad-Djar ma tkunx biss il-post li jiprovdi l-akkomodazzjoni soċjali, iżda struttura ħolistika b’relevanza għall-bżonnijiet kollha moderni tal-llum.

Bla dubju hemm diversi skemi li diġà l-awtorità tad-djar tagħti iżda bla dubju l-awtorità ma tridx tkun biss għalkemm hija ħidma ċentrali li tiprovdi l-akkomodazzjoni soċjali għall-persuni li huma eliġibbli għaliha, imma wkoll timraħ għall-faxex oħrajn li wkoll qiegħdin f’sitwazzjonijiet partikolari. Dan hu dak li rridu nfissru b’awtorità relevanti li tifhem il-bżonnijiet tal-lum.

Meta mistoqsi dwar il-liġi tal-kera is-Sur McKay stqarr li qed iħares il-quddiem lejn liġi li tilħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-inkwilin u dawk tas-sidien.

Naħseb li wieħed mhux biss irid iħares lejn l-istabbilità u l-protezzjoni tal-inkwilin imma anke wkoll il-protezzjoni tas-sidien. Naħseb dan huwa bilanċ li rridu nħarsu għalih b’mod totali bħala white paper.

Intant is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, is-Sur Rodrick Galdes stqarr li din il-bidla fit-tmexxija tirrifletti l-prinċipji ta’ dan il-Gvern li dejjem poġġa fuq quddiem l-għajnuna soċjali għal dawk li huma f’qagħda vulnerabli.

Għaddej ix-xogħol fuq il-binjiet t’akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi, Birkirkara u San Ġwann

Madwar mitejn u għaxar familji li jgħixu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali se jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ aktar minn miljun u tlett mitt elf ewro f’xogħlijiet ta’ manuntezjoni li se jsiru f’oqsma tad-djar fis-Siġġiewi, f’Birkirkara u San Ġwann.

Din hija wegħda elettorali oħra tal-Gvern li qed titwettaq f’inqas minn sena. Dan bil-għan li x-xogħlijiet li jikkonsistu f’tibjid, tikħil, xogħolijiet fuq il-bjut u tisbiħ fil-faċċati, ser jagħtu dehra kif ukoll nifs ġdid lill-numru ta’ djar f’akkomodazzjoni soċjali; li minnhom ser jitgawdew mir-residenti kollha.

Aqra aktar

Akkomodazzjoni affordabbli: Bdew ix-xogħlijiet għal 73 appartament f’Birkirkara

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes żar is-sit ‘Tas-Sisla’ f’Birkirkara, fejn fl-aħħar jiem bdew ix-xogħlijiet għal 73 appartament għall-akkomodazzjoni affordabbli.

Il-proġett, li jinsab bejn Triq il-Qanpiena u Triq Mons Ġużeppi Camilleri f’Birkirkara, jinkorpora 73 appartament f’sitt blokok kollha aċċessibli, flimkien ma’ 56 spazju ta’ parkeġġ, u 400 metru kwadru spazju miftuħ mifrux mal-proġett.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħabbar li kważi kwart tal-appartamenti li se jinbnew, iġifieri 17-il unit, ħa jkunu wheelchair accessible bi kmamar tal-banju aċċessibbli wkoll.

Fis-sit bħalissa għaddej ġmielu xogħol ta’ skavar u tħaffir.

“B’dan il-proġett rajna li jaqdi l-bżonnijiet ta’ dawk li għandhom bżonn akkomodazzjoni affordabbli, iżda tajna wkoll importanza lil kwalitá tal-ħajja. Għaldaqstant, 85% tal-appartamenti kollha se jkollhom xi tip ta’ spazju miftuħ,” ssokkta jgħid Roderick Galdes.

Hu temm jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara mmexxi minn Joanne Debono Grech, u lil Malita Investments plc li qed jiffinanzjaw u jimmaniġġjaw is-siti, tal-kooperazzjoni tagħhom.

L-istorja ta’ dan il-proġett tmur lura għall-2004 meta l-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien applikat għal 46 appartament, 5 penthouses, 7 ħwienet kummerċjali u 57 garaxx. Madankollu, fl-2015 il-Gvern neħħa l-ispazji kummerċjali u l-penthouses, biex iħallu aktar spazju għall-appartamenti. Il-permess inħareġ f’Settembru li għadda.

Dan is-sit hu wieħed minn sittax li b’kollox se jwasslu għall-kostruzzjoni ta’ 680 appartament għal akkomodazzjoni affordabbli.

 

Send this to a friend