robert arrigo | One News

Notifiki

Arrigo tefa’ ħafna “qarnit”

  • Ir-rebħa fil-Qorti ta’ Nikki Dimech tpoġġi pressjoni ġdida fuq Robert Arrigo
  • Il-protagonist fil-każ li ddomina għal ġimgħat fl-2008 jdur ma’ suldat ta’ Robert Arrigo, li d-deputat nazzjonalista ried jaġevola

Il-każ fejn Nikki Dimech, Eks Sindku ta’ Tas-Sliema, ma nstabx ħati ta’ tixħim jitfa’ dawl fuq il-mod kif jaħdem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo.

Dan hekk kif riċerka fl-atti tal-kawża juru li Robert Arrigo ta arja lill-protagonist li spiċċa jagħmel l-akkużi kontra Dimech. Dimech ma nstabx ħati mill-Qorti tal-Maġistrati wara li qorti oħra, fi stadju ta’ appell, kienet ħassret l-ewwel proċeduri li saru kontra tiegħu.Aqra aktar

IL-PN maqsum u bi kriżi ta’ identità

Qatt fl-istorja tiegħu il-Partit Nazzjonalista ma ffaċċja familja maqsuma daqs llum.

Dan huwa kliem il-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan f’isem il-Partit Nazzjonalista, Albert Buttigieg, f’artiklu fit-Times of Malta. F’artiklu li kkonferma l-firda eżistenti fil-Partit Nazzjonalista, Buttigieg iddikjara ċar u tond li l-partit li jagħmel parti minnu hu għandu kriżi ta’ identità.

Aqra aktar

Adrian Delia gideb lil Robert Arrigo f’wiċċu

  • Ma ddejjaqx iħarriflu fuq it-taxxa mhux imħallsa

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, gideb lill-Viċi Kap Robert Arrigo meta dan tal-aħħar talbu spjegazzjoni dwar il-kwistjoni tat-taxxa.

Fil-fatt, Robert Arrigo mar ikellem lill-partitarji Nazzjonalisti biex jgħidilhom jaqtgħu l-kwistjoni tat-taxxa ta’ Delia għax Delia kkonvinċieh x’kien ġara.

“Dan ir-raġel irrispondieni għal kull mistoqsija antipatka,” qal Robert Arrigo li belagħha li l-kwistjoni kollha kienet iddur ma’ każ li Delia rebaħ għal klijent imbagħad ried jirbħu għalih.

“Kemm smajt jien, għax ma ħallasx. U wara għax ħallas u minn fejn ħallas?” qal Arrigo lin-Nazzjonalisti miġbura quddiemu filwaqt li prova jserħilhom rashom li ma ħadhomx mill-ġbir ta’ fondi. Imbagħad Robert Arrigo qal li Delia qallu bil-fatti li tat-taxxa tawh raġun.Aqra aktar

Elezzjoni għall-Viċi-Kap kontra x-xewqa ta’ Delia

Iż-żewġ karigi ta’ Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjoanlista se jkunu kkontestati.

Issa li għalqu n-nomini, għall-Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament hemm kandidati David Agius u Edwin Vassallo. Għall-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit hemm Robert Arrigo u Toni Bezzina. Aqra aktar

Robert Arrigo jirrifjuta offerta ta’ Delia

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo ma laqgħax l-offerta ta’ Adrian Delia sabiex minflok joħroġ għal-kariga ta’ Deputat Kap għall-affarijiet tal-Partit jingħata l-pożizzjoni ta’ teżorier.

Delia jixtieq li Clyde Puli jokkupa din l-imsemmija kariga, filfatt dan kien wieħed miż-żewġ magħżulin tiegħu għall-laqgħa li kellu mal-Prim Ministru fiċ-Centru Nazzjonali Laburista. Deċiżjoni li ma niżlet xejn tajjeb mad-deputati tal-fazzjoni l-oħra tal-PN li tul il-kampanja tal-elezzjoni tal-kap tat is-sosten tagħha lil Chris Said.

Send this to a friend