roaming – One News

Notifiki

“Dan huwa jum storiku għaċ-ċittadini Ewropej” – Marlene Mizzi

L-MPE Marlene Mizzi  laqgħet b’sodisfazzjon it-tmiem tat-tariffi tar-roaming fl-Ewropa. “Sa fl-aħħar wasalna! Dan huwa jum storiku għaċ-ċittadini Ewropej li se jwassal biex jintemmu t-tariffi tar-roaming fl-UE għal telefonati bil-vuċi, SMSs u data,” qalet l-MPE Mizzi, membru tat-tim ta’ negozjaturi dwar il-leġiżlazzjoni tar-roaming.

Aqra aktar

MIL-LUM daqshekk se tħallas tariffi tar-roaming

‘Goodbye Roaming Fees’

Dan hu l-messaġġ li ddendel mal-Berlaymont, il-bini tal-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl li l-jum tal-15 ta’ Ġunju jfisser id-daqqa tal-mewt għat-tariffi tar-roaming biex issa meta wieħed isiefer ikun qed iħallas l-istess tariffi li jħallas f’pajjiżu.

F’dan il-jum storiku għas-suq wieħed Ewropew ħarġu dikjarazzjoni konġunta l-Presidenti tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Dawn huma l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.

Aqra aktar

Jekk se ssiefer u se tuża l-mowbajl issa se tħallas bl-istess rata ta’ Malta

“L-Unjoni Ewropea timmira li tgħaqqad in-nies flimkien u tagħmel il-ħajja tagħhom iktar faċli. It-tmiem tat-tariffi tar-roaming hija tassew storja Ewropea ta’ suċċess.
Minn issa ’l quddiem, ċittadini li jivvjaġġaw fl-UE se jkunu jistgħu jċemplu, jibagħtu messaġġi u jaqbdu bil-mobile tagħhom bl-istess prezz bħalma jħallsu f’pajjiżhom. L-eliminazzjoni tat-tariffi tar-roaming hija waħda mill-ikbar u l-iktar suċċessi tanġibbli tal-UE.
Matul l-aħħar 10 snin, l-istituzzjonijiet tagħna ħadmu qatigħ flimkien biex isewwu l-falliment ta’ dan is-suq. Kull darba li ċittadin Ewropew qasam fruntiera Ewropea, jekk hux għal vaganza, xogħol, studju jew anke għal ġurnata, dan kellu jinkwieta dwar l-użu tal-mobile u l-kont għoli minħabba t-tariffi tar-roaming ladarba jmur lura f’pajjiżu. It-tariffi tar-roaming issa saru xi ħaġa tal-passat. Minn għada, inti se tkun tista’ tibqa’ konness man-netwerk waqt li tivvjaġġa fl-UE bl-istess prezz ta’ pajjiżek.

Aqra aktar

90% IRĦAS – Intlaħaq ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming – 90% IRĦAS

Ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming inltlaħaq ilbieraħ, biex issa t-tariffi l-ġodda ta’ min juża l-mobile barra minn pajjiżu se jkunu madwar 90% irħas.

Ilbieraħ saret laqgħa importanti ferm bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – u matulha intlaħaq qbil li ta d-daqqa finali lit-tariffi tar-roaming. Id-deċiżjoni se tkun implimentata minn Ġunju li ġej, b’mod li ħafna Ewropej ikunu jistgħu jmorru għall-btala tas-sajf tagħhom mingħajr ma jħallsu l-prezzijiet meqjusa esaġerati biex jikkomunikaw bil-mobile tagħhom.

 

Daqqa finali lit-tariffi roaming

  • Nhar it-Tlieta laqgħa importanti taħt il-Presidenza Maltija
  • Tama kbira u pressjoni biex jintlaħaq qbil

Nhar it-Tlieta se tkun qed issir laqgħa importanti ferm bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – u li jekk matulha jintlaħaq qbil wieħed ikun jista’ jgħid li tkun ingħatat id-daqqa finali lit-tariffi tar-roaming. Bid-deċiżjoni imbagħad tkun implimentata minn Ġunju li ġej b’mod li ħafna Ewropej ikunu jistgħu jmorru għall-btala tas-sajf tagħhom mingħajr ma jħallsu l-prezzijiet meqjusa esaġerati biex jikkomunikaw bil-mobile tagħhom.

Aqra aktar

“Araw li tneħħu t-tariffi tar-roaming kif wegħedtu” – Marlene Mizzi

Waqt preżentazzjoni tal-programm tal-Presidenza tal-Kunsill fi ħdan is-Suq Intern u l-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi talbet lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Malti, Dr Chris Cardona, biex jassigura li l-wegħda li saret mill-Parlament Ewropew liċ-ċittadini għall-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming, tinżamm.

Aqra aktar

Tilqa’ r-roaming b’xejn, titlob aktar protezzjoni tal-konsumatur

Il-Membru Ewro-Parlamentari Marlene Mizzi laqgħat il-kunċett ta’ użu ġust għal roaming b’xejn, iżda talbet għal protezzjoni tal-konsumatur aktar b’saħħitha

Wara l-ewwel prova diżastruża biex ikun hemm limitu fuq ir-roaming mingħajr tariffi żejda għal 90 jum fis-sena, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regoli ġodda biex jitwarrbu t-tariffi tar-roaming tal-mowbajl sa Ġunju 2017.

Skont il-proposta l-ġdida, m’għandux ikun hemm limiti fuq il-konsumaturi meta jużaw il-mowbajl waqt li jkunu msefrin fl-Unjoni Ewropea, iżda jkunu jridu jagħtu prova ta’ konessjoni stabbli mal-istat membru minfejn tkun ħarġet is-SIM card.

Aqra aktar

L-aħħar roħs qabel it-tmiem

Minn nhar is-Sibt se jerġgħu jorħsu t-tariffi tar-roaming qabel fi ftit ġimgħat oħra jkunu qed jispiċċaw għal kollox.

B’hekk f’perjodu fejn ħafna jibdew ifittxu xi btala se jagħmlu jistgħu jserrħu moħħhom li messaġġ jew ftit Facebook minn barra l-pajjiż mhux se jfisser kont m’għola s-smewwiet.

Aqra aktar

Send this to a friend