riżultati – One News

Notifiki

Bejn it-8.00 u d-9.30 tal-Ħadd filgħodu l-partiti jkollhom ħjiel ta’ fejn marret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Kollox jinsab lest biex il-Ħadd li ġej, mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, jibda l-għadd tal-voti tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-Sibt li ġej. Din se tkun l-ewwel elezzjoni fl-istorja ta’ Malta fejn il-proċess tal-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku, tant, li bejn it-8:00 u d-9:30 tal-Ħadd filgħodu, il-partiti jkollhom ħjiel ta’ fejn marret l-elezzjoni.
Aqra aktar

Aktar effiċjenza: il-kawżi ċivili pendenti jonqsu b’15%

L-ewwel tliet xhur tas-sena bdew b’riżultati pożittivi fil-Qrati Ċivili. Dan hekk kif ir-rata ta’ kemm inqatgħu kawżi Ċivili, imqabbla ma’ kemm jidħlu kawżi fil-Qrati hija ta’ 118%. Dan ifisser li żdiedet l-effiċjenza, li wasslet biex għal kull 100 kawża ċivili li tidħol, jinqatgħu 118.

Aqra aktar

IL-PRESIDENZA MALTIJA TWASSAL GĦAL FTEHIM KONTRA L-EVAŻJONI TAT-TAXXA

  • Il-Presidenza Maltija tkompli tikseb ir-riżultati

Seba’ ġimgħat biss wara l-bidu tagħha, il-Presidenza Maltija, laħqet ftehim mal-Kunsill għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi fi Brussell, l-Ecofin, biex tkun ikkompilata lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkoperawx mal-liġijiet Ewropej dwar l-evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus, bil-għan li dawn ikunu esklużi.

Il-Ftehim li qed jissejjaħ Anti-Tax Avoidance, ATAD II, huwa prova ċara ta’ kemm pajjiżna huwa kommess li jiġġieled il-fenomenu tal-evażjoni tat-taxxa. B’Hekk, kwalunkwe allegazzjoni li pajjiżna qed ikaxkar saqajh biex jilħaq dan il-ftehim mal-Ewropa kienet falza.

Aqra aktar

Ġimgħa tar-riżultati għall-Presidenza Maltija

Din il-ġimgħa l-impenji tal-Presidenza Maltija kienu ddominati kemm fi Strasburgu kif ukoll fi Brussell fejn komplew jintlaħqu aktar riżultat għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

F’dan l-ewwel xahar u nofs tal-presidenza maltija , uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea qed jiqbgħu impressjonati bil-ħidma li qed isir mill-gvern malti, f’din il-Presidenza.

Aqra aktar

Aktar minn kwart tal-istudenti dyslexic b’marki pożittivi fl-O’levels

Rapport ippublikat mill-bord tal-MATSEC juri kif aktar minn kwart tal-istudenti li huma dyslexic u li poġġew għall-eżamijiet f’livell ordinarju tal-Malti u l-Inġliż kisbu riżultati pożittivi.

Dyslexia hija diżabiltá li ma twaqqfekx milli tkompli titgħallem u tistudja. Iżda, huwa terminu użat biex tiġi deskritta d-diffikultá li student jsib fil-qari, fl-interpretazzjoni tal-kliem, ittri u simboli oħra, iżda d-dyslexia ma taffetwax il-livelli tal-intelliġenza.

Aqra aktar

Il-kawża ta’ riżultat tajjeb

Malta hija l-iktar destinazzjoni popolari għas-sena 2017.Dan skond is-sit Skyscanner, sit li fih t-turisti jistgħu iqablu l-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru u jaqtgħu l-biljett. Filfatt kien hemm żieda fil-biljetti tal-ajru li nqatgħu minn dan is-sit. Huma diversi r-raġunijiet li jħajjru turisti minn bosta pajjiżi li jżuru pajjiżna, fosthom l-attivitajiet kulturali.
Aqra aktar

Studenti fuq ix-xwiek jistennew ir-riżultat tar-resit

L-istudenti li reġgħu poġġew għall-eżamijiet f’livell Avvanzat u Intermedju huma rrabjati hekk kif għadhom qed jistennew ir-riżultati. Numru ta’ studenti ikkumentaw dwar il-fatt li huma għadhom ma jafux x’ser ikun il-futur tagħhom u jekk hux ser jidħlu u jkomplu jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta.
Aqra aktar

Send this to a friend