riżoluzzjonijiet | One News

Notifiki

Filmat: Ir-riżoluzzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena- X’se jagħmlu l-Maltin din is-sena?

Il-bidu ta’ sena ġdida tradizzjonalment iġib miegħu id-drawwa tar-riżoluzzjonijiet. Proponiment li nibdew xi ħaġa ġdida, li naqtgħu xi vizzju jew xi  tip ta’ tibdila fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Imma n-nies x’riżoluzzjonijiet qedgħin jagħmlu? Dawk li tkellimna magħhom, waħda mill-iżjed riżoluzzjonijiet popolari kienet dik li jitnaqqas il-konsum eċċessiv tal-ikel.

Kien hemm oħrajn li għalkemm ma semmewx direttament l-ikel, saħħithom kienet ta’ prijorità fir-riżoluzzjoni tagħhom.

Iltqajna wkoll ma’ nies li għalkemm ma għamlux riżoluzzjoni speċifika, jittamaw li jkollhom sena aħjar minn dik li għaddiet u li jkollom is-saħħa.

Aħna u nitkellmu ma nies, sibna diversi persuni li iżjed milli għamlu riżoluzzjoni fuqhom, esprimew it-tama tagħhom li bħala poplu, ninsew dak li jifridna u niffukaw iżjed fuq dak li jgħaqqadna, u iktar minn hekk li tirrenja l-imħabba u l-kumpassjoni.

Ma setax jonqos li niltaqgħu ma dawk li minkejja kollox, jirrifjutaw li jagħmlu riżoluzzjonijiet.

Tixtieq inqas kliem ta’ mibegħda fl-2017

Janice Bartolo hija l-editur ta’ dan in-newsportal, li issa ilu magħna minn Mejju. Staqsejna fuq ir-riżoluzzjonijiet li għamlet għall-ewwel tas-sena.

1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?

Jiena naħseb illi dejjem hija xi ħaġa tajba li wieħed jiddeċiedi kif se jtejjeb lilu nnifsu. Issa vera, min iżommhom, min le, ir-rieda hemm tkun u l-fatt li jkun hemm ir-rieda jagħmel ir-reżoluzzjoni xi ħaġa tajba.

Aqra aktar

Send this to a friend