riżenji | One News

Notifiki

Tiġri l-kelma li Delia offra r-riżenja

Il-fazzjoni ta’ kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista qed tispara minn kullimkien fi sforz biex tkompli timmina lill-Kap fl-iktar mument dgħajjef tiegħu.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif fl-aħħar jiem bdiet tiġri x-xniegħa li Adrian Delia offra r-riżenja tiegħu u li kien is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli li m’aċċettahiex anke wara direzzjoni u pressjoni f’dan is-sens minn Pierre Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u wieħed fost l-eqreb ta’ Adrian Delia.Aqra aktar

Adrian Delia jerġa jitlob għar-riżenji mingħajr ma jwieġeb akkużi serji fuqu stess

Adrian Delia reġa’ staqsa għar-riżenji billi kkwota minn rapporti fuq media li allegatament ħarġu minn leaks ta’ investigazzjonijiet . Din hi d-differenza bejn l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Il-Prim Ministru talab investigazzjonijiet fuqu stess u fuq allegazzjonijeit oħra li jinvolvu lil Ministru Mizzi u c-chief of Staff Keith Schembri.Aqra aktar

L-ewwel waħda ta’ Delia

Fis-16 ta’ Settembru, l-Avukat Adrian Delia ntgħażel mit-tesserati biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.  Wiegħed li mill-għada l-Partit Nazzjonalista kellu jerġa’ jibda jitkellem b’leħen wieħed. Però l-firda, id-dwejjaq, il-battibekki ta’ qabel Delia nħatar kap, baqgħu hemm.

Aqra aktar

Send this to a friend