rizenja – One News

Notifiki

Matteo Renzi mistenni jitlaq mill-Partit Demokratiku Taljan

L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi mistenni jħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Partit Demokratiku Taljan, wieħed mill-partiti fil-Gvern, biex iwaqqaf partit ġdid.  Intervista fuq il-ġurnal Taljan Il Giornale spjegat li dan il-partit ġdid se jitwaqqaf fil-Parlament Taljan biss, hekk kiff fis-Senat mhux permess li jitwaqqfu partiti ġodda la darba jkun beda jitlaqqa’ l-Parlament.

Jidher li Renzi informa lill-Prim Ministru Giuseppe Conte bid-deċiżjoni tiegħu it-Tnejn li għadda, iżda għamilha ċara li se jibqa’ leali lejn il-Moviment taċ-Cinque Stelle.

Id-deċiżjoni ta’ Renzi mistennija toħloq tensjoni fil-Partit Demokratiku u ddgħajjef il-koalizzjoni fil-Gvern. Apparti Renzi, numru ta’ Senaturi Taljani wkoll mistennija jirriżenjaw.

Eks kandidat tal-PN jgħid li Delia għandu jitlaq

Adrian Delia m’għandux il-kwalitajiet la biex imexxi l-Partit Nazzjonalista u wisq aktar biex imexxi lill-pajjiżna. Hekk iddikjara l-eks kandidat nazzjonalista Kevin Cassar, li huwa miżżewweġ lil oħt id-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Cassar qal li Delia ma jistax iwaħħal fil-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, imma l-ħtija hija kollha tiegħu minħabba t-tmexxija ħazina tiegħu.

F’artiklu fuq The Times of Malta taħt it-titlu, Why Delia must go – and why he won’t, il-kirurgu Kevin Cassar, qal li Delia għandu allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu fosthom li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Qal li dan id-dell ikrah fuq Delia kisser il-valuri, il-prinċipji u l-integrità li kien ilu jaħdem għalihom l-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Tirreżenja attivista tal-Occupy Justice wara li qalet li ntalbet tiġbor donazzjonijiet illegali

Attivista tal-Occupy Justice irriżenjat wara li allegaament qalet li ntalbet tiġbor donazzjonijiet illegali għal aktar minn darba fl-aħħar għaxar xhur.

Fi stqarrija, Erika Mizzi allegat li fl-aħħar xhur, l-għaqda li tipprietka tant fuq il-governanza tajba talbitha tiġbor donazzjonijiet illegali minn diversi attivitajiet soċjali, chats fuq siti elettroniċi, u waqt viġilji li xi membri tal-għaqda jorganizza għall-blogger Daphne Caruana Galizia. Dan anke jekk hi kemm-il darba ġibdet l-attenzjoni li dan huwa illegali, għaliex il-liġi Maltija tgħid li persuna jew entità ma tistax titlob donazzjoni mingħajr permess tal-pulizija jew mingħajr ma tkun NGO reġistrata. Hija qalet li l-qalba tal-Occupy Justice insistiet li jekk l-attivisti jagħtu sehemhom, l-informazzjoni kollha tkun ippubblikata.Aqra aktar

ARA: Ta’ Busuttil mal-folla jitolbu għar-riżenja ta’ Delia

Il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil il-Ħadd filgħaxija reġgħet kienet fil-qofol ta’ vġili ieħor mal-istess nies li ftit tal-jiem ilu talbu għar-riżenja tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia. Dan ġara wara li l-ġurnal The Times of Malta żvela li Delia jinsab investigat dwar ħasil ta’ flus li ġejjin minn briedel tal-prostituzzjoni f’Soho, Londra.Aqra aktar

Riżenja oħra mill-Gvern ta’ Theresa May

Il-Ministru għax-Xjenza tar-Renju Unit Sam Gyimah irreżenja mill-kabinett ta’ Theresa May hekk kif iddeskriva il-ftehim Brexit bħala wieħed “fqir”.

Jidher li l-argument tal-eks Ministru tqajjem fuq sehem ir-Renju Unit fil-proġett spazjali Galileo tal-Unjoni Ewropea. May ikkonfermat li r-Renju Unit mhux se jibqa’ parti minn dan il-proġett wara Marzu tal-2019, kontra għal dak miftiehem oriġinarjament.Aqra aktar

Send this to a friend