ritratti – One News

Notifiki

Il-Maltin qed jidhru f’ritratti mingħajr ma jafu

Bħalissa, bosta Maltin u Għawdxin qed jużaw GOOGLE STREET VIEW, biex fost oħrajn ifittxu d-dar tagħhom jew postijiet oħra, biex jaraw jekk kienux inklużi fil-viżwal tat-toroq Maltin virtwalment. Dan hekk kif għall-ewwel darba dan is-sit tant popolari mat-turisti qed jinkludi ukoll lil Malta. Wieħed issa jista’ jimxi fit-toroq Maltin virtwalment. Iżda mhux qed jaraw it-toroq biss, qed jaraw ukoll numru ta’ Maltin li spiċċaw fuq dan is-sit mingħajr ma ntebħu f’xi mument partikolari.

Aqra aktar

RITRATTI MILL-ISBAĦ TAL-PRIM MINISTRU MAT-TĦABBIRA TAR-REBĦA

Ritratti: DOI, REUBEN PISCOPO

“Klijenta anzjana qaltli, kważi bid-dmugħ f’għajnejha: ‘Eżatt ġibtni!'”

Ġara li aħna u nqallbu fuq siti soċjali, bdejna naraw ritratti ta’ żmien imgħoddi. F’era ta’ selfies, pożi, u ritratti ta’ kull ħaġa immaġinabbli, minn ikel sa ħwejjeġ u karozzi, ġibdulna l-attenzjoni.

Dawn ir-ritratti li jsaħħruk għall-fatt li jieħduk f’era tal-imgħoddi huma xogħol Mikiel Camilleri Haber. Bħala xogħol u passatemp part-time, jaqbad ritratti tant għal qalb familji Maltin u jtihom ħajja ġdida.

Ma jkunx qed iqandel biss ritratti, imma emozzjonijiet, memorji u ħafna drabi l-unika fdalijiet ta’ ħajjiet u żminijiet li ħallewna.

Aqra aktar

“Irrapportaw lil dan ir-raġel; qed juża ritratt ta’ ibni!”

Omm Maltija kitbet fuq forum online tal-ommijiet, tappella biex kulħadd joqgħod attent x’jitfa’ fuq Facebook.

Meta tkellimna magħha, Dorianne Pace qalet li dan ir-raġel li jġib l-isem virtawli ta’ “Irfan Baloch” xerred ir-ritratt ta’ binha għall-ewwel darba s-sajf li għadda. Meta reġgħat fittxet ir-ritratt ta’ binha fuq il-profil ta’ dan il-bniedem li ma tafux, ma sabitux, iżda issa reġa’ tfaċċa’.

Dorianne qalet li l-ġenituri marru għand il-Pulizija bil-każ, però qalulha li peress li barrani, ftit li xejn hemm x’tista’ tagħmel.

Ir-raġel jgħid li hu mill-Pakistan u bħala impjieg kiteb “Fans of Islam”.

Aqra aktar

Il-Libjan “ta’ Tigne Point” jgħid li ħa r-ritratti tat-tfal għax se jsir missier

Skont l-Imam, Mohamed El Sadi, il-Libjan li fi tmiem il-ġimgħa ħa r-ritratti ta’ ulied it-tabib Jan Chircop bl-iktar mod suspettuż għamel hekk għax qed jistenna tarbija. L-Imam kiteb dan fuq facebook tiegħu wara li qal li ilu jipprova jiltaqa’ miegħu minn tmiem il-ġimgħa u ltaqa’ miegħu b’kumbinazzjoni. Qal li l-Libjan, Mohammed Eldakhyl, jaħdem ma’ kumpanija Libjana li għandha investiment Malta u jidher mistħi u kwiet.

Skont l-Imam kien mill-ewwel darba li ra r-ritratt tal-koppja li nduna li huma innoċenti.

Aqra aktar

BEJTA SĦIĦA ta’ nies jużaw ritratti ta’ porn stars imbagħad jirrikattaw…

Rapporti fuq mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li fil-belt Marokkina Oued Zem, madwar 3,000 persuna taqla’ l-għixien tagħha permezz tas-sess u t-teknoloġija.

Grupp imdaqqas ħafna ta’ nisa jirnexxilhom jattiraw irġiel online, iġiegħluhom jagħmlu atti sesswali online, u wara jheddu li għandhom il-filmati. B’hekk ikunu jistgħu jitolbu l-flus biex dawn il-filmati ma jkunux ippubblikati. Il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed isegwu l-istorja b’interess partikolari għax ħafna mill-vittmi huma rġiel Ingliżi. Dawn qed ikunu mhedda li filmati u ritratti se jispiċċaw għand ħbieb u membri tal-familja.

Aqra aktar

Tħobb ir-ritratti? MaltaPost għandha stedina

  • Kompetizzjoni tal-Fotografija ‘Spectacular Views of Malta’
  • Ir-ritratti rebbieħa se jiġu maħruġa bħala bolli u se jkunu qegħdin awtomatikament jipparteċipaw f’ kompetizzjoni oħra internazzjonali.

MaltaPost qiegħda tniedi kompetizzjoni tal-fotografija li tistieden lill-pubbliku biex jissottometti ritratti li juru xeni spettakolari tal-Gżejjer Maltin. Ir-ritratti rebbieħa se jkunu qegħdin jidhru fuq bolla ta’ Malta li tiġi pprintjata f’pajjiżi fid-dinja kollha.

Ir-ritratt li jiġi fl-ewwel post se jkun qiegħed jieħu sehem f’ kompetizzjoni internazzjonali li tiġi organizzata minn SEPAC (Small European Postal Administration Cooperation).

Il-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘Spectacular Views’ tistieden lill-pubbliku biex jieħu ritratti li juru xeni sbieħ  milll-Gżejjer Maltin. Dawn jistgħu jinkludu ritratti tal-kampanja Maltija, tal-ħajja fl-irħula Maltin, in-natura, l-arkitettura u l-pajsaġġ Malti. Erba’ ritratti se jkunu magħżula biex jidhru fuq bolla u se joħorġu bħala sett wieħed ta’ erba’ bolli. Dan is-sett ta’ bolli se jkun qed jintuża’ kemm f’ Malta kif ukoll internazzjonali sabiex għal-pustaġġ u għall-kollezzjonisti.

Aqra aktar

Send this to a friend