RIO | One News

Notifiki

Il-grawnd Maracana f’Rio jitħalla f’abbandun totali

Kulħadd jiftakar il-grawnd Maracana f’Rio, fejn intlagħbet il-finali tat-Tazza tad-Dinja 2014, bil-Ġermanja joħorġu rebbieħa 1-0 fuq l-Arġentina bil-gowl uniku skurjat minn Mario Gotze.

Sfortunatament, bħalma ġralhom grawnds Olimpiċi oħra, il-Maracana inbidel f’post fantażma. Dan skont Carolina Oliveira Castro mill-gazzetta Brażiljana O Globo.

Aqra aktar

F’Rio – traġedja bla preċedent?

Erba’ uffiċjali tal-Pulizija mietu wara li helikopter tniżżel fil-famuża “City of God” – parti minn Rio De Janeiro.

Dan ġara wara jum ta’ ġlied u konfronti bejn il-Pulizija u gruppi ta’ kriminalità organizzata. Il-helikopter kien qed jassisti lill-Pulizija f’konfront ieħor kontra dawn it-tip ta’ gruppi.

Filwaqt li qed ikun investigat x’wassal biex twaqqa’ l-ajruplan, jekk jirriżulta li kienu tabilħaqq dawn il-gruppi kriminali li niżżluh, tkun azzjoni bla preċedent fil-belt li sa ftit ilu laqgħat fi l-Olimpjadi sportivi.

Aqra aktar

L-Olimpjadi u l-isport Malti

Għadhom kemm intemmu l-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio. Inħobb insegwi diversi dixxiplini sportivi, speċjalment f’kompetizzjoni internazzjonali bħal dik li għadha kif intemmet f’Rio. Nammira l-isportivi kollha li daħlu f’din il-kompetizzjoni. Is-sagrifiċċju u d-determinazzjoni tagħhom għandha sservi t’ispirazzjoni għal kulħadd.

Waqt li kont qed nara atleti barranin, segwejt ukoll l-andament tal-atleti Maltin. Sfortunatament ir-riżultat kien wieħed negattiv u jkun għaqli li kieku wieħed janalizza għaliex kellna prestazzjoni diżappuntanti. Filwaqt li nifhem li l-possibilta’ li nirbħu midalja kienet remota ħafna, dan ma jfissirx li m’għandniex nevalwaw ir-riżultat li ksibna, l-istrateġiji u l-investimenti sportivi li qed nagħmlu.

Aqra aktar

‘Agatha Barbara’ fl-Olimpjadi ta’ Rio!

Kull min qed isegwi l-Olimpjadi ta’ Rio seta’ kien xi ftit perpless, hekk kif fuq it-televiżjoni feġġ l-isem ‘Agatha Barbara’, tirrappreżenta lill-Brażil!

Agatha Bednarczuk u Barbara Seixas De Freitas flimkien ikkompetew kontra l-Islovakki l-nhar is-Sibt, u ħarġu rebbieħa. Kif inhu tipiku fil-beach volleyball u sport li fih wieħed jipparteċipa f’pari, jittieħed l-ewwel isem ta’ kull atleta. Fil-każ t’Agatha u Barbara, ir-riżultat kien sinnifikanti.

Aqra aktar

Il-bandiera Maltija f’idejn mazza

L-Olimpjadi bdew u ċ-ċerimonja tal-ftuħ serviet ukoll biex x’uħud qagħdu jiflu lill-atleti li bid-devozzjoni sportiva kollha daru dawra mal-istadju tal-Maracana.

Fost l-atleti li ġibdu l-attenzjoni kien hemm Andrew Chetcuti, l-atleta Malti li ġarr il-bandiera Maltija. Chetcuti mhux biss qanqal ix-xbejbiet li rawh għaddej iżda anki permezz ta’ twitter kien hemm min esprima x-xewqat ibaqbqu u elettrifikanti lejn iż-żagħżugħ Malti.Aqra aktar

It-tama Libjana li għexet Malta

Tul l-aħħar snin il-bandiera Libjana kienet marbuta biss mal-inkwiet, il-kunflitt u l-ġlied. Iżda, fil-ġimgħat li ġejjin din il-bandiera se titperper fil-Brażil f’kuntest iktar pożittiv. Dak sportiv.

Kien propju pajjiżna li ta ċ-ċans lil Daniah Hagul biex tmur Rio.

Aqra aktar

Send this to a friend