riħ | One News

Notifiki

Ir-riħ qawwi ta’ bħalissa se jibqa’ jippersisti sal-lejla

Il-qawwa tar-riħ mistennija tlaħħaq il-Forza 6 tul il-jum tas-Sibt u l-pubbliku qed ikun imwissi jżomm il-bibien u twieqi tad-dar magħluqa, u jevitaw li jipparkjaw il-karozza viċin tal-baħar.

It-twissija ta’ riħ qawwi se tibqa’ fis-seħħ sal-lejla, b’xi ħalbiet iżolati tax-xita wkoll mistennija jinżlu fuq il-Gżejjer Maltin fil-ħin li ġej.

Il-maltemp jidher li se jkompli jippersisti sa nhar it-Tnejn li ġej, fejn qed tkun imbassra xita qalila.

Ġej riefnu!

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed ibassar riħ qawwi ħafna llum, b’buffuri b’qawwa ta’ riefnu. Ir-riħ mistenni jlaħħaq il-Forza 8 tul il-jum tat-Tnejn, bit-temperaturi mistennija jinżlu għal 11°C.

Riħ qawwi mistenni jaħkem lil Malta llum

L-Uffiċċju Meterjoloġiku f’Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li mistenni jaħkem Malta u Għawdex tul il-jum.

Dan filwaqt li mistennija xi ħalbiet iżolati tax-xita minn ħin għall-ieħor.

It-twissija dwar riħ qawwi se tibqa’ fis-seħħ sa’ tard illejla.

Malta se tinħakem minn riħ qawwi u sħun tul il-jum

Malta mistennija tinħakem minn riħ qawwi min-Nofsinhar ix-Xlokk, li mistenni jippersisti sal-17:00. It-twissija ħarġet mis-sit FirstMalta.com, li qal li r-riħ qawwi huwa riżultar ta’ pressjoni baxxa iżda qawwija fuq il-Puntent tal-Mediterran li qed tikkawża instabbiltà fuq il-Mediterran u t-Tramuntana tal-Italja. Aqra aktar

Twissija: stennew riħ qawwi dalgħodu

L-Uffiċċju Metereoloġiku qed ibassar riħ qawwi fuq il-Gżejjer Maltin għal dalgħodu, li mistenni jlaħħaq il-forza 6.

Il-qawwa tar-riħ mistennija tbatti aktar tard tul il-jum.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżomm twieqi u bibien fid-dar magħluqa.

Send this to a friend