riġenerazzjoni – One News

Notifiki

Riġenerazzjoni ta’ Ġnien Spencer fil-Marsa

Ġnien Spencer, li jinsab biswit Triq Diċembru 13, u li huwa l-unika post miftuħ fl-inħawi tal-Marsa u l-Ħamrun, se jiġi riġenerat għal spazju isbaħ li jilqa’ fih lill-familji Maltin u Għawdxin. Dan b’investiment li jleħħaq il-miljun u nofs ewro li tħabbar is-Sibt mill-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera.

Aqra aktar

In-naħa t’isfel tal-Belt qed tingħata nifs ġdid

B’investiment ta’ erbgħa u għoxrin miljun ewro, il-proġett tar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta jinsab fi stadju avvanzat.

F’Awwissu, beda ir-restawr tas-swar mill-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta sa Forti Sant Iermu. Partijiet mis-swar diġà tlesta r-restawr fuqu.

Ir-restawr beda wara li l-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Ministeru tal-Kultura għamlu l-istudji neċessarji, biex permezz tar-restawr ikun jista’ jsir it-tindif u tiswija tal-stess swar.Aqra aktar

Riġenerazzjoni kompluta għal Strada Stretta

Sal-aħħar tax-xahar se jibda jidher ir-riżultat ta’ investiment tas-settur privat fin-naħa ta’ isfel ta’ Strada Stretta biex din tkun riġenerata ukoll. Disa’ stabbilimenti ta’ divertiment, ilkoll bl-istil individwali tagħhom, se jagħtu l-ħajja lil din il-parti tat-triq li sa issa kienet għadha mitluqa.

Aqra aktar

Memorji – tiftakruha l-għajta “cold water, cold lemonade”?

  • Nostalġija u ottimiżmu 

Is-sidien tal-gabbani fid-daħla tal-Belt bdew iżarmaw sabiex fi ftit jiem oħra jibda l-proġett ta’ tisbiħ.

Lil hinn mill-ħtieġa ta’ riġenerazzjoni fid-daħla tal-kapitali tagħna, iż-żona ta’ fejn hemm il-gabbani tnissel nostalġija ħelwa iżda wkoll sens t’ottimiżmu sabiex din iż-żona tingħata libsa iżjed idonja.

Tkellimna ma’ nies li kienu ħdejn il-gabbana. Qablu li l-proġett hemm bżonnu, filwaqt li tkellmu dwar memorji li għandhom ta’ dawn il-gabbani. Saħansitra kien hemm min kellu memorji romantiċi!

Aqra aktar

Lejn Raħal Ġdid isbaħ

Fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina fi Triq il-Foss.

Dan wara li l-Gvern ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni għal din il-pjazza, li biex mhux biss jitjieb l-ambjent iżda titjieb l-esperjenza ta’ min imur jixtri miz-zona. Pjazza Antoine de Paul hija waħda mimlija attività kummerċjali, u l-għan hu li jiżdied l-ispazju miftuħ għan-nies. Il-proġett mistenni jiġi jiswa €3 miljuni u huwa ppjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.

Aqra aktar

Send this to a friend