riforma | One News

Notifiki

Il-Kamra tal-Periti tilqa’ l-White Paper tal-Gvern dwar ir-riforma fis-suq tal-kera

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti ta’ Malta laqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper dwar ir-riforma tas-suq tal-kera, li kienet ippreżentata mil-Gvern għall-konsultazzjoni ftit tax-xhur ilu.

Fi stqarrija, il-Kunsill faħħar lill-Gvern, hekk kif ħadem bla qies fuq il-kwalità tad-dokument, u mexxa konsultazzjoni wiesgħa dwar il-White Paper.Aqra aktar

Lejn riforma dwar kif joperaw is-swieq fil-beraħ

Tnediet il-White Paper għal riforma tas-swieq fil-beraħ, li se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika ghat-tliet ġimgħat li ġejjin, sal-14 ta’ Diċembru. F’pajjiżna hawn 21 suq fil-beraħ li għandhom bejniethom mal-1,600 post. L-għan tal-White Paper hu li toħloq bilanċ bejn l-interessi tal-bejjiegħa, tal-konsumaturi u tar-residenti.Aqra aktar

Ara l-miżuri dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Dalgħodu tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, qal li l-għan tal-White Paper hu li s-suq tal-kera jkun wieħed iktar stabbli. Din il-White Paper tiffoka fuq kirjiet residenzjali u mhux short lets jew kirijiet kummerċjali.

Aqra aktar

Filmat: Riforma sħiħa fl-operat tal-ħabs

Id-droga fil-ħabs minn dejjem kienet uġigħ ta’ ras kbira għall-uffiċjali korrettivi.

Sitwazzjoni li jidher li qed tkun ikkontrollata sew, bid-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin isostni li d-droga qiegħda kulma jmur tonqos.

Waqt il-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio, Alex Dalli qal li qed ikun hemm tnaqqis drastiku, “l-ammonti tad-droga li nqabdet hija u dieħla l-ħabs kienet kbira, u  aħna l-uffiċjali tal-ħabs ma noqgħodux indoqqu t-trombi tax-xogħol li nagħmlu, pero nista’ niggarantilek li bħalissa d-droga fil-ħabs naqset drastikament”.Aqra aktar

Mill-Eżami sal-HW. X’se nibdlu?

Dan l-aħħar smajna dwar it-tneħħija tal-eżami ta’ nofs is-sena u minflok se jibda l-assessjar kontinwu mill-għalliema. Biex nifhmu aħjar dan kollu, il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Dr Frank Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Dan l-aħħar issemma li l-eżami ta’ nofs is-sena se jispiċċa. X’kienet ir-raġuni?

Ir-raġuni hi li rridu ninvestu aktar u nkomplu ngħollu l-valur tat-tagħlim. Aħna mhux sempliċiment se nneħħu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Kieku nagħmlu hekk biss, ma nkunux qed nagħmlu tajjeb, iżda se nkunu qed insaħħu forom varji ta’ assessjar matul is-sena kollha. Ma ninsewx li l-eżami hu forma waħda ta’ assessjar, li jsir fi Frar u f’Ġunju. Li se nagħmlu issa se jkun li l-assessment isir matul is-sena kollha. Mela mhux se nistennew sa Frar biex it-tfal u l-ġenituri jirċievu r-riżultat.Aqra aktar

Iktar medjazzjonijiet jingħalqu b’suċċess…inqas kawżi jinfetħu fil-Qorti tal-Familja

  • Ir-riforma fil-qasam tal-Ġustizzja qed tħalli l-frott anke fil-qasam tal-liġi tal-familja

Analiżi ta’ l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena tal-operat tal-Qorti tal-Familja turi li waqt li l-ammont ta’ medjazzjonijiet żdiedu b’26.5% mqabbel mal-figuri tal-istess perjodu ta’ ħames snin ilu, l-ammont ta’ medjazzjonijiet li ngħaqlu bi qbil, jigifieri bonarjament, żdied għal 33%.

Dan ħabbru l-Minsitru għall-Ġustizzja Owen Bonnici waqt li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet,

Dan wassal biex naqsu sostanzjalment l-ammont ta’ kawzi li nfethu fil-Qorti tal-Familja fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena komparat ma’ l-istess perjodu hames snin ilu.  Fil-fatt dawna naqsu minn 244 ghal 192 kawza, cioe’ tnaqqis ta’21.3 fil-mija.  Din hija xejra pozittiva hafna, anke tenut kont li matul din il-leġiżlatura raħsu t-tariffi li wieħed irid iħallas biex jiftaħ proċeduri fil-Qorti tal-Familja biex jiġi żgurat li l-ġustizzja tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun.

Aqra aktar

“Ma nkomplux inkissru l-vittmi ġenwini” – Owen Bonnici

Minflok kriminalizazzjoni, ċans għal riforma. Minflok titressaq il-Qorti, vittma tersaq lejn min jista’ jgħinha.

Pajjiżna tista’ tgħid daħal bla xkiel fir-riforma radikali relatata ma min jinqabad b’pussess sempliċi tad-droga. Pussess sempliċi tfisser droga għall-użu personali u mhux intenzjonata li tinbiegħ lill-ħaddieħor.

Il-Kumissarju responsabbli mit-tmexxija ta’ din is-sistema, Vicky Scicluna, qalet li sentejn ilu nbidlet mhux biss il-liġi, imma mentalità. Il-vittma titressaq quddiem tribunal, fejn xorta waħda hemm ċertu formalità bħall-Qorti. Madanakollu, hemm differenzi kruċjali. Ir-reat ma jibqax importanti, imma l-persuna ssir iċ-ċentru tal-attenzjoni.  Il-Pulizjia tkun ħadet stqarrija mingħand il-persuna, u ma tinżammx 48 siegħa.

Spjegat li fil-bidu kien hemm min ħaseb li kienu qed jillaxkaw ir-regoli fejn tidħol id-droga. Il-verità, kif anke aċċenna l-Minsitru Owen Bonniċi li mexxa l-liġi ‘l quddiem, hi li issa l-ġlieda hija kontra min jitraffika d-droga.

“Li inti tiġġieled it-traffikar tad-droga ma tagħmlux billi tkisser lill-vittmi ġenwini tad-droga” spjega l-Minsitru Bonniċi

Aqra aktar

Send this to a friend