restawr | One News

Notifiki

Tibda t-tieni fażi tar-restawr fuq il-Victoria Lines, fin-naħa tal-Għargħur

Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), id-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jibda x-xogħlijiet ta’ restawr fuq parti oħra ta’ din il-fortifikazzjoni li tinsab fil-Għargħur (fil-parti magħrufa bħala Top of the World).

Aqra aktar

Sant’ Elena ta’ Birkirkara se tingħata lura l-glorja li jixirqilha

Il-pittura titulari fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara qed tiġi rrestawrata sabiex terġa’ tingħata l-glorja kollha tagħha.  Din il-pittura hija l-ikbar biċċa xogħol fuq it-tila tal-artist Francesco Zahra.  L-artist wara bosta xogħlijiet artistiċi reliġjużi f’pajjiżna.

Il-proġett ta’ restawr jinsab f’idejn Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani mill-Atelier del Restauro.

Lupo saħqet li wara li tniżżlet l-pittura minn postha f’Ottubru u sar ix-xogħol ta’ dokumentazzjoni, instab li l-pittura kellha ħsara estetika minħabba lega ta’ nugrufun mix-xemgħat li jintużaw fil-knisja u l-verniċ fuq il-kulur li sfar maż-żmien.Aqra aktar

Ħames lokalitajiet jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali

Ħames lokalitajiet, li huma Marsaxlokk, Birżebbuġa, Santa Venera, Ħal Għaxaq u l-Manikata (Mellieħa), se jibbenefikaw mill-iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali, skema li tinħareġ mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tad-Direttorat tar-Restawr b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Aqra aktar

Jitħabbar proġett ta’ restawr fuq il-Kurċifiss ta’ Ġieżu

Ħafna jafu bil-leġġenda tal-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu fil-Belt.

Il-leġġenda ddur mal-wiċċ sabiħ ta’ Kristu tturmentat bl-uġigħ tal-passjoni fejn jingħad li l-kurċifiss sar mill-anġli minħabba l-perfezzjoni tagħha. Dan wara li l-artist Frate Innocenzo da Petralia qam darba filgħodu u sab ir-ras tal-istatwa lesta.Aqra aktar

Restawr f’San Ġwann t’Għuxa

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħabbar li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-barumbara f’San Ġwann t’Għuxa, Bormla. Din il-barumbara hija binja antika li l-Bormliżi antiki jirrakkontaw kif dejjem jafuha hemm u tkun ħasra jekk tintilef.

Dwar din l-aħbar, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mas-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli.

“In-nies ħadet nifs għaliex il-biża’ kien li nitilfu din il-binja storika jekk tibqa’ fl-istat li qiegħda,” qalet is-Sindku.Aqra aktar

L-Istatwa antika ta’ San Ġużepp inkurunat lura mir-restawr

Fir-Rabat insibu statwa Inkurunat magħrufa mir-Rabtin u l-Maltin bħala San Ġużepp ix-Xiħ għaliex hija l-eqdem xbieha f’dawn il-gżejjer. L-oriġini ta’ din l-istatwa kienet bħala dekorazzjoni fuq xini tal-ordni ta’ San Ġwann mall-Karrakka Sant’ Anna. L-Istatwa ġiet regalata lil Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp mill-Ewwel Gran Mastru ta’ Malta Philippe Villiers de L’Isle Adam. Maż-żmien kibret id-devozzjoni lejha. L-Istatwa ħarġet f’bosta pellegrinaġġ meta kien ikun hawn nuqqas ta’ xita, li f’dan il-kas kienu iliebsuh Kapożża għaliex waqt jew wara l-pellegrinaġġ kienet tagħmel ix-xita. Meta Malta kellha il-mard tal-Pesta u l-Kolera il-poplu irrikorra bi ħġaru jitlob l-interċessjoni ta’ San Ġużepp. Matul il-bidu tas-seklu 20 bdiet tinħass il-ħtieġa għall-Inkurunazzjoni tal-Vara Devota u Mirakoluża ta’ San Ġużepp ix-Xiħ li fil-fatt saret fl-1949.

Aqra aktar

Restawr fuq dokumenti tas-16-il seklu, tan-Nutar Placido Abela

GasanMamo Insurance qed tkompli tgħin lill-Arkivji Notarili bl-appoġġ għall-konservazzjoni tat-tieni volum ta’ dokumenti tan-Nutar Placido Abela, nutar li x-xogħol tiegħu jinkludu kuntratti importanti li għandhom x’jaqsmu mal-Belt Valletta.

Placido Abela hu wieħed minn nutara tal-bidu li nsibu fl-Arkivji Notarili. Ix-xogħol tiegħu ikopri s-snin ta’ bejn l-1557 u l-1595, iżda minn xogħlu jinsabu biss erba’ volumi. Fost il-klijenti tiegħu nsibu ħafna kavallieri, fosthom il-Granmastru de Valette, il-famuż korsar Romegas u anki membri mlaħħqin tal-kleru, bħall-Isqof Cubelles. Minbarra kuntratti li jirreferu għall-piraterija, il-bejgħ tal-ilsiera, wirt, djun u kuntratti ta’ xogħol, Placido Abela kellu x’jaqsam ukoll fil-kuntratti tat-tqassim tal-art tal-Għolja Sceberras, li fuqha nbniet il-Belt Valletta.

Aqra aktar

Approvat ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto f’Ħal Qormi

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess biex isiru żewġ proġetti fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi; ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto fi Pjazza Narbona u ieħor ta’ tisbieħ fi Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan.

Il-Loġġa ta’ Pinto tinsab biswit il-Knisja ta’ San Bastjan u kellha bżonn restawr immedjat. Inbniet oriġinrajment fl-1772 biex tfakkar il-31 sena minn meta Manuel Pinto de Fonseca sar Granmastru tal-Ordni. Din il-loġġa kienet tappartjeni għal dar akbar li kienet tinkludi wkoll l-istalel tal-Gran Mastru nnifsu. Il-kumpless kien ġie żviluppat bħala post għall-akkomodazzjoni soċjali fl-1981. Il-Leġġenda tgħid li l-gran Mastru kien ipoġġi f’din il-loġġa biex jistkenn mix-xemx waqt li jsewgi t-tlielaq taż-żwiemel.

Aqra aktar

Jiġi inawgurat restawr estensiv f’San Vinċenz de Paul

Fil-faċilità fit-tul għal Kura tal-Anzjani f’San Vinċenz de Paul, il-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis inawguraw xogħolijiet ta’ restawr estensiv li sar fuq il-faċċata ikonika tal-binja.

B’investiment ta’ 300,000 ewro, il-faċċata tal-binja ta’ San Vinċenz de Paul ġiet restawrata u ngħatat id-dehra oriġinali li kellha.

Aqra aktar

Send this to a friend