residenza – One News

Notifiki

Filmat: Il-Programm ta’ residenza b’investiment ta’ Malta fost l-aqwa fid-dinja

Il-Programm tar-Residenza b’investiment ġie kklassifikat mal-aħjar tlettax-il programm minn madwar id-dinja mis-sit awtorevoli ‘Investment Migration Insider’.

Imniedi fl-2016, pajjiżna irċieva madwar elf applikazzjoni, b’ħames mija u sittin minnhom jaslu fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.  Dan b’total ta’ seba’ mitt visa approvati fit-tnax-il xahar qabel Lulju li għadda.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Maltija għar-residenza u l-visa li Rodrick Cutajar spjega li l-programm jagħti d-dritt ta’ residenza f’Malta lill-applikanti approvati li jkunu ġejjin minn pajjiżi mhux ewropej.  Qal li b’hekk jagħti opportunitá lil investituri minn madwar id-dinja li jinvestu f’Malta.

“L-applikazzjoni tagħna hija differenti minn ta’ pajjiżi oħra.  Aħna biex applikant jiġi aċċettat jirrikjedi ċertu affarijiet, fosthom li jkollu dħul ta’ mill-inqas €100,000 fis-sena jew investiment ta’ iktar minn €500,000 barra mill-pajjiż u affarijiet oħra. Il-programm tagħna mhux l-irħas fl-Ewropa, imma huwa programm li iktar milli qed nippruvaw niġbdu kwantitajiet kbar, qiegħdin dejjem nippruvaw niffukaw li nġibu lejn Malta nies ta’ talent u nies ta’ kwalitá għolja.”

Is-Sur Cutajar spjega li dal-programm huwa differenti mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment għax ma joffrix iċ-ċittadinanza Maltija iżda residenza. Spjega wkoll li kull applikazzjoni tgħaddi minn proċess ta’ skrutinju rigoruż.   “Niċċekjaw il-background tal-persuna, niċċekjaw ‘source of wealth’, niċċekjaw bilanċi fil-banek, niċċekjaw ħafna u ħafna affarijiet oħra.  Niċċekjaw kienx blacklisted, niċċekjaw kienx hemm money laundering.  Jiġifieri hemm ħafna proċessi twal. Dan il-proċess jieħu ż-żmien, programmi oħra fl-Ewropa ma jidħlux f’daqsekk dettal.”

Spjega kif filwaqt li programm tajjeb jiġbed iktar applikazzjonijiet, il-qagħda tajba ta’ pajjiżna u l-ekonomija li dejjem qed tikber għandha sehem importanti fis-suċċess ta’ dan il-proġett. Qal li “meta inti tmur barra minn Malta, meta jiena immur iċ-Ċina, l-Indja, l-Vietnam, l-irwol tiegħi huwa li nurihom, ngħidilhom min aħna bħala pajjiż. X’tip ta’ pajjiż għandna, pajjiż li l-ekonomija dejjem qed tikber.  Allura dak li jkun meta int għandek l-investitur quddiemek, hemmhekk inti l-għajta nofs il-bejgħ. Inti hemmhekk turih li meta qed jinvesti għax l-investiment huwa investiment serju, qiegħed jinvesti f’pajjiż li se jagħtih lura, lilu u l-familja tiegħu.”

Iktar skrutinju b’rabta mal-IIP… se ssir stima tal-perit

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li wara taħdidiet ma’ Identity Malta, l-aġenti tal-proprjetà ġew mgħarrfa li issa mal-applikazzjoni ta’ min ikun irid isir ċittadin Malti taħt il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, irid ikun hemm stima minn perit f’każ ta’ xiri u f’każ ta’ kiri jkun hemm kopja tal-kuntratt. Aqra aktar

Send this to a friend