Repubblika – One News

Notifiki

L-ogħla qorti tal-pajjiż ċaħdet it-talba ta’ Repubblika li riedet twaqqaf lill-Gvern milli jaħtar iktar ġudikanti

Il-Qorti Kostituzzjoni, l-ogħla Qorti tal-pajjiż ċaħdet it-talba tal-għaqda mhux governattiva Repubblika li l-avukat tagħha huwa Simon Busuttil li riedet twaqqaf lill-Gvern milli jaħtar iktar ġudikanti ġodda. Dan sakemm tiġi deċiża kawża li fetħet l-istess entità li fiha qed titlob li twaqqaf lill-Gvern milli jkompli jaħtar iktar Imħallfin u Maġistrati skont sistema iktar trasparenti u miftuħa li l-Parlament kollu, inkluż Simon Busuttil u Jason Azzopardi kienu vvotaw favuriha.

Aqra aktar

Il-Klassi tax-xogħol strumentali fil-Ħelsien ta’ Malta

Il-ġlieda ta’ Malta għall-Indipendenza kienet konsegwenza tal-ġlieda tal-klassi tax-xogħol għall-ħelsien politiku bejn 1919-1979. Dan qalu Mark Camilleri waqt it-tnedija tal-ktieb A Materialist Revision of Maltese History: 1919-1979 (Pubblikazzjoni SKS) fil-Bibljoteka Nazzjonali, Valletta.

Aqra aktar

Il-President b’messaġġ soċjali u favur l-ugwaljanza… twissi dwar il-klima politika

F’Jum ir-Repubblika, lejlet li Malta tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-President tar-Repubblika għamlet messaġġ soċjali u favur l-ugwaljanza fejn irriflettiet dwar temi li jħarsu l-Maltin għax fi kliemha l-ħajja mhix suċċessi biss.

“Jien konvinta li jekk irridu li r-Repubblika tagħna tkompli fit-triq tal-maturazzjoni, jekk irridu nkomplu noħolmu li pajjiżna għad isir mudell eżemplari ta’ demokrazija u ġustizzja soċjali,” qalet il-President li poġġiet numru ta’ għażliet.

Aqra aktar

Ġrajja b’sinjifikat speċjali

“Jiena għadni kemm ħlift li nqiegħed lili nnifsi għas-servizz tagħkom u tal-poplu  kollu bħala Kap tal-Istat u bħala rappreżentant tal-għaqda u tal-unita nazzjonali.”

Kliem Sir Anthony Mamo fil-lejl ta’ tlettax ta’ Dicembru 1974. Il-jum li fih Malta saret Repubblika u għall-ewwel darba kellha kap tal-Istat Malti.  L-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Repubblika kien il-Perit Duminku Mintoff.

Aqra aktar

Ir-Repubblika għandha facebook

Jum ir-Repubblika ta’ Malta qed jitfakkar billi din l-istorja terġa’ tinħoloq għad-dinja tal-lum. Filwaqt li t-twelid tar-repubblika tagħna kien mument partikolari fiż-żmien, ikkaratterizzat minn nies jinteraġixxu direttament bejniethom, illum, in-nies jiltaqgħu kontinwament permezz tal-internet, b’mod partikolari fuq Facebook. Huwa stmat li Facebook huwa l-iktar mezz ta’ komunikazzjoni soċjali użat f’Malta.
Aqra aktar

Send this to a friend