Renju Unit – One News

Notifiki

Johnson ma jaċċettax l-offerta ta’ Farage

Il-Prim Ministu Ingliż, Boris Johnson, irrifjuta s-suġġeriment li għamlulu Nigel Farage u l-President Amerikan, Donald Trump biex jifforma koalizzjoni flimkien mal-Partit Brexit għall-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit. Il-mexxej Konservattiv qal li huwa dejjem grat għall-parir iżda jridx li jidħol f’koalizzjonijiet waqt kampanji elettorali. Johnson ikkumenta dwar dan wara li Trump sejjaħ il-koalizzjoni bħala forza b’saħħitha. Aqra aktar

Xaqq ta’ dawl dwar il-ftehim Brexit?

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għandu 12-il jum biex iressaq il-pjanijiet tiegħu dwar Brexit lill-Unjoni Ewropea. Dan sostnuh il-Prim Ministru tal-Filandja, Antti Rinne kif ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron. Iż-żewġ mexxejja qablu li r-Renju Unit għandu jressaq il-proposti tiegħu dwar Brexit bil-miktub sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, u jekk dan ma jsirx, ifisser li kollox ikun mitmum. Aqra aktar

Send this to a friend