reliġjon | One News

Notifiki

Provinċjal ġdid għall-Agostinjani f’Malta

Ftit tal-ħin ilu fuq is-sit soċjali tal-facebook bdew jitfaċċaw messaġġi t’awguri lill-Provinċjal il-ġdid tal-Provinċja Agostinjana f’Malta Dun Leslie Gatt.

Dan wara li għal dawn l-aħħar snin onora din il-kariga Dun Ray Francalanza b’dedikazzjoni kbira. Dun Leslie Gatt ser ikompli fuq il-passi tiegħu biex il-Provinċja Agostinjana f’Malta li s-sena l-oħra għadha kif iċċelebrat il-200 sena mit-twaqqif tagħha f’Malta tibqa’ ħajja u tiġġedded.

Aqra aktar

Qtil ħesrem u devastanti

Studenta Ingliża, Hannah Bladon, mietet b’daqqiet ta’ sikkina f’Ġerusalemm, Bladon kellha biss għoxrin sena u famitha tinsab maħsuda bi kbira. Hija kienet fuq tram fil-Ġimgħa l-Kbira meta qalgħat diversi daqqiet ta’ sikkina f’sidirha.

Kienet qed tistudja fil-Hebrew University of Jerusalem u kienet sejra f’sit fejn kellhom jagħmlu xi xogħol arkejoloġiku. Hija miete l-isptar filwaqt li raġel ta’ 57 sena mill-Palestina nżamm arrestat. Dan ġibed sikkina mill-basket u beda jtiha huma u jaslu ħdejn il-belt, li bħalissa bieżla ħafna bil-Kattoliċi u Lhud.

Aqra aktar

Mijiet jitilgħu s-Salib tal-Għolja biex jgħixu l-Passjoni ta’ Kristu

F’xenarju li jgħaxxaq l-għajnejn minħabba l-ġmiel tan-natura, is-Salib tal-Għolja lbieraħ filgħaxija nbidel f’post ta’ qima u riflessjoni għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-Salib tal-Għolja, fl-inħawi tas-Siġġiewi f’Ħamis ix-Xirka laqa’ ħafna nies li jitilqu b’pellegrinaġġ mill-Knisja Parrokjali tar-raħal u jerħulha lejn wieħed mill-aktar postijiet għolja fil-gżira.

Biex b’hekk għal darb’oħra l-mixgħela tas-Salib tal-Għolja mhux biss ġibdet interess qawwi imma kompliet mal-atmosfera ta’ ġabra u spiritwalità.

Aqra aktar

Komunità Musulmana f’Malta tesprimi KUNDANNA u tikkwota l-Quran

Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya f’Malta ikkundannat bil-qawwi żewġ attakki separati li seħħew fi knejjes kattoliċi fl-Eġittu. Fi splużjoni fi Knisja fin-Nile Delta, 25 indarbu u 60 oħra sfaw midruba, filwaqt li f’attakk suwiċida f’Lixandra, tnejn inqatlu u 21 oħra sfaw midruba.

Dawn huma atti mhux umani u krudili, qalet il-Komunità f’Malta, u fi stqarrija ikkundannat dak li ġara bil-qawwa kolla. Talbet ukoll li l-istat jipprovdi protezzjoni sħiħa lil kull ċittadini li jgħix fil-pajjiż, irrispettivament mil-kulur tal-ġilda, twemmin jew politika. Appellat b’mod partikolari biex id-drittijiet tal-minuri jkunu protetti bi sħiħ mill-istat.

Ikkwotaw it-tagħlim mill-Quran u kkundannaw l-użu tal-forza fejn jidħol it-twemmin, jew f’isem ir-reliġjon.

“Aħna, membri tal-Ahmadiyya Muslin Jamaat, nesprimu l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi f’dan il-mument diffiċli u nitolbu biex dawk midruba jkollhom is-saħħa” temmet tgħid il-Komunità fi stqarrija ffirmata mill-president Laiq Ahmed Atif.

 

“Kull attakk kontra l-Ewropa huwa attakk kontra l-Musulmani fl-Ewropa” – l-Imam f’Malta

“F’isem il-komunità Musulmana f’Malta, nikkundannaw l-attakk kriminali terroristiku li seħħ f’Westminster.”

Hekk kiteb fi stqarrija l-Imam Mohammad El Sadi, wara l-attakki tal-bieraħ li ħallew erba’ mejta barra l-Parlament Ingliż. “Irrispettiavament mill-identità jew ideoloġija ta’ min wettaq l-attakki u irrispettivament mir-raġunijiet tiegħu jew tagħhom, dan l-attakk salvaġġ kien immirat lejn nies innoċenti, irrispettivament mir-reliġjon jew nazzjonalità tagħhom” kiteb l-Imam.

Żied jgħid li jikkonsidra kull attakk kontra l-Ewropa bħala attakk kontra l-Musulmani li jgħixu fl-Ewropa.

“Din hija theddida serja lill-Musulmani li jgħixu fil-paċi f’pajjiżi differenti mal-Ewropa. It-terroriżmu huwa l-għadu tal-Iżlam” kiteb l-Imam.

 

Obbligu għal libertà reliġjuża

Fil-pajjiż qabad sew id-dibattitu dwar jekk l-Iżlam għandux ikun mgħallem fl-iskejjel. Illum għamel dikjarazzjoni li fiha ħafna x’tixtarr l-Arċisqof.  Qal li skejjel tal-Knisja f’Malta għandhom juru libertà reliġjuża.

L-Arċisqof Scicluna qal li minnhom infushom l-iskejjel tal-Knisja diġa jfissru bibien miftuħa għall-umanita, u li l-Knisja temmen li l-inklussività twassal għal faraġ kbir.

Aqra aktar

It-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel tal-istat

 

Matul dawn l-ahhar jiem qamet kontroversja rigward l-introduzzjoni tat-tagħlim tar-reliġjon Iżlamika fl-iskejjel. Qrajt diversi kummenti, uħud razzjali filwaqt li ohrajn patriottici jew saħansitra iżeffnu l-kultura u l-kostituzzjoni fin-nofs, jew ‘għax dejjem għamilna hekk qabel’, kważi ġlieda bejn iż-żewġ reliġjonijijet. Jien kontra din l-introduzzjoni ta’ tagħlim, mhux għax jien kontra l-Iżlam, iżda jien kontra li nibqgħu nagħlmu kwalunkwe reliġjon fl-iskejjel tal-iStat, u dan jinkludi t-tip ta’ reliġjon mgħallem bħalissa. Fl-istess waqt huwa tajjeb li xorta waħda jkun hemm għarfien bażiku tad-diversi reliġjonijiet u twemmin li hawn fid-dinja mhux bħala indottrinazzjoni imma bħala “general knowledge”.

Ma nħossx li l-iskejjel għandhom jibqgħu b’sistema patrijarka fejn l-istudenti huma esposti għall-lezzjoni ta’ reliġjon waħda.

Jien favur li dan is-suġġett ibiddel il-portafoll tiegħu, fejn il-kontenut ikun imqassam fuq perjodi ta’ diversi snin, b’mod progressiv, li jkun immirat sabiex jiżviluppa lill-istudenti għall-ġid tas-socjetà. Dan jista’ jintlaħaq billi jkunu diskussi materji ta’ etika, morali u anki spiritwalità tal-individwu.

Aqra aktar

Mijiet imorru Ħaż-Żabbar għal Ħadd in-Nies

Illum wara nofsinhar sar il-pellegrinaġġ tradizzjonali magħruf bħala Ħadd in-Nies f’Ħaż Żabbar. Kienu mijiet dawk li attendew, bil-maġġoranza tagħhom ikunu Żabbarin, li ta’ kull sena jikkonkorru bi ħġarhom għal dan il-pellegrinaġġ.

B’differenza mis-snin ta’ qabel, dak ta’ din is-sena kienet okkażjoni speċjali hekk kif l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja akkumpanjat l-pellegrinaġġ. Dan wara li l-Arċisqof Charles Scicluna aċċetta t-talba tal-poplu Żabbari.

Ħadd in-Nies isir kull l-ewwel Ħadd tar-Randan u ilu jsir minn żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Deskritt bħala pellegrinaġġ pentienzjali, dan idur mat-toroq ta’ Ħaż Żabbar, u jservi biex dak li jkun ipatti għad-dnubiet tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend