rekord – One News

Notifiki

Qabda rekord ta’ ħut fl-2018

Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw ix-xena ta’ kull filgħodu fil-Pixkerija fil-Marsa, fejn is-sajjieda Maltin u Għawdxin idaħħlu minn kull xorta ta’ ħut frisk biex għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu jibda l-irkant tal-ħut.

Kmieni t-Tlieta filgħodu s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Clint Camilleri segwa mill-qrib il-bejgħ ta’ diversi tipi ta’ ħut fosthom siċċ, qarnit, klamari, mrejjen u xkal.

Joe Bugeja, Uffiċjal fil-Pixkerija qalilna li l-ħut jinxtara minn madwar tliet mitt xerrej irreġistrati mad-dipartiment. Ċifri li kiseb ONE News juru li matul is-sena li għaddiet madwar erba mitt sajjied biegħu bejniethom bi ħdax-il miljun f’ħut. Tliet miljun ewro minn dan il-bejgħ sar mill-Pixkerija.Aqra aktar

Sena oħra rekord f’wasliet ta’ turisti lejn il-Gżejjer Maltin

Rekord ta’ turisti f’Malta u Għawdex matul is-sena u rekord ukoll ta’ dħul mit-turiżmu li mistenni jkun aktar minn żewġ biljun ewro.

Ċifri uffiċjali juru li n-nefqa tat-turisti kienet mifruxa sew fuq l-akkomodazzjoni fil-lukandi, f’postijiet ta’ divertiment, kulturali u ristoranti. Kienet irreġistrata wkoll żieda b’saħħitha fl-għadd ta’ ljieli li t-turisti qattgħu Malta.Aqra aktar

“M’hawnx poplu bħalna!”- Jinġabru aktar €7 miljun fl-Istrina 2018

L-akbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta, l-Istrina, irnexxielha tiġbor €7,135,035 f’donazzjonijiet mill-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-maratona, li saret propju l-għada tal-Milied, hija l-aktar waħda mistennija f’pajjiżna, u din is-sena kienet l-aħħar edizzjoni li saret taħt il-patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Bi kburija, il-President Coleiro Preca saħħqet li m’hawnx poplu bħal dak Malti u Għawdxi, li ta’ kull sena jiżboq kull rekord f’din l-istess maratona.

Il-fondi kollha li nġabru se jmorru għall-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.

L-appelli minn diversi personalitajiet u persuni fil-bżonn ma naqsux tul it-12-il siegħa li damet għaddejja l-maratona, fejn l-udjenza gawdiet minn spettaklu minn diversi personalitajiet Maltin, fosthom anke l-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

F’messaġġ fil-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-importanza ta’ kull persuna fil-Gżejjer Maltin biex l-Istrina tal- 2018.

“Iż-żieda fir-rotot għenet biex iżuruna iktar turisti fl-2018”- Il-Ministru Konrad Mizzi

Iż-żieda fir-rotot ta’ linji tal-ajru li joperaw minn u lejn Malta kienet raġuni ewlenija għall-ammont rekord ta’ turisti li żaru l-Gżejjer Maltin fl-ewwel sitt xhur tal-2018.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega ma’ one.com.mt li ċ-ċifri maħruġa iktar kmieni llum huma wkoll frott ħidma għaqlija mill-Gvern f’dan is-settur.Aqra aktar

REKORD TA’ 2.3 MILJUN TURIST FL-2017

Żieda rekord fin-numru ta’ turisti li ġew Malta dan hekk l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika żvela li matul is-sena elfejn u sbatax kien hemm total ta’ żewġ miljun u tlett mitt elf turist li għażlu lill-pajjiżna bħala destinazzjoni turistika.  Dan ifisser żieda ta’ sittax fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Dan ir-riżultat irrifletta tajjeb fuq l-ekonomija Maltija hekk kif waqt il-btala tagħhom it-turisti nefqu u ħallew f’pajjiżna madwar żewġ biljun ewro; li jfisser żieda ta’ kważi erbatax fil-mija.

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika nnota li matul l-istess perjodu, kien hemm żieda ta’ għaxra punt tlieta fil-mija fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna- dan hekk kif bejn Jannar u Diċembru tas-sena li għaddiet, kien hemm total ta’ sittax punt ħames miljun lejl.

B’rabta ma’ din il-kisba importanti l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi rrimarka li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jaħdem f’dan is-settur.  Huwa semma li ser jiddaħħlu destinazzjonijiet ġodda fosthom Casablanka, San Pietruburgu, kif ukoll pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq; apparti minn hekk ser ikun hemm żieda fit-titjiriet kif ukoll ser ikun hemm  aktar investiment fl-infrastruttura.

Saħaq li t-turiżmu huwa kunċett importanti ħafna għall-pajjiżna għall-fatt li minnu jinħolqu bosta opportunitajiet.

 

Is-settur turistiku huwa sors importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna; iċ-Chairman tal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu saħaq dwar l-importanza li tkompli titwettaq din il-ħidma li qed issir sabiex b’hekk aktar turisti iqattgħu l-btajjel tagħhom hawn Malta:

 

Fl-elfejn u sbatax, l-akbar ammont ta’ turisti li ġew f’Malta kienu mir-Renju Unit b’total ta’ madwar ħames mija u sittin elf u kważi disa mitt turist, u mill-Italja b’aktar minn tlett mija tlieta u sittin elf.

Strina tar-rekords… jinqabżu l-€5,000,000

Meta għad baqa’ biss ftit minuti għal tmiem l-Istrina 2016, is-somma miġbura s-sena li għaddiet nqabżet sew. Nistgħu ngħidu li l-Istrina għandha rekord ġdid li jissupera l-ħames miljuni.

Dawk li għaddew kienu disa’ sigħat ta’ telfonati ma jaqtgħu xejn bil-President tar-Repubblika ma tiċċaqlaqx mill-kumpless sportiv f’Ħal Kirkop fejn baqgħet tieħu t-telefonati u tiffirma ittri ta’ ringrazzjament li se jintbagħtu lil min għen. Jgħinu biex jinġabru l-flus hemm l-appelli kontinwi ta’ nies li gawdew mill-Malta Community Chest Fund.

Ritratt – IRIS

Ried jagħmel rekord nazzjonali fit-tieġ tiegħu…

Għandu 39 sena, minn Ħal Qormi u għadu kif iżżewweġ lil Karen Abela Saliba. Jeffrey Saliba ilu għalliem fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ għal dawn l-aħħar sbatax-il sena. Jilgħab il-futbol u jikkowċja bniet ta’ ħdax, tlettax u sbatax-il sena fin-nursery ta’ Ħaż-Żebbuġ. Jieħu ħsieb ukoll in-nursery taż-Żurrieq u ta’ Ħal Safi.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna determinata u li jħobb jissoċjaliżża ruħu, kif ukoll attiv ħafna, paċenzjuż ħafna l-aktar mat-tfal. F’ħajtu, Jeffrey għamel diversi sfidi, iżda bħala rekords nazzjonali rnexxielu jikseb tlieta.

Kitbet dwaru Ramona Portelli fil-gazzetta Kulħadd. Qalet li dan l-aħħar, Jeffrey ried iwaqqaf rekord nazzjonali waqt it-tieġ tiegħu stess. Fil-fatt daħħalha f’rasu li joħloq l-ikbar piramida magħmula minn 203 tazzi tax-xampanja.

Bħala persuna, Jeffrey iħobb ħafna l-isfidi. Huwa kien parti mill-ewwel kumitati ta’ The Malta Records peress li dan il-kumitat nibet mir-raħal ta’ Ħal Qormi. “Personalment għamilt żewġ rekords nazzjonali fejn kilt ammont ta’ ravjul nej. Ninteressa ruħi ħafna fejn jidħlu rekords nazzjonali jew dinjija. Xtaqt rekord fil-jum taż-żwieġ tiegħi u laqtitli għajni l-piramida tat-tazzi”, beda jgħidli.

Aqra aktar

Send this to a friend