regolamenti ġodda – One News

Notifiki

Regolamenti ġodda għall-ħaddiema li jaħdmu fil-bini

L-Awtorita Maltija għas-saħħa u s-sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, ħabbret regolamenti ġodda skont id-direttiva ewropea għall-ħaddiema li jaħdmu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Is-sena li għaddiet f’Malta kellna inċident wieħed biss fuq il-post tax-xogħol li kien fatali. Fl-Ewropa wieħed minn kull ħames inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol ikunu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Għaldaqstant, bir-regolamenti l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ f’Awwissu, se tintefa’ aktar responsabbilità fuq il-kuntrattur jew il-bennej, milli fuq il-klijent li jkun talab biex isir ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.

Sid ta’ post domestiku jew stabbiliment mhux se jibqa’ responsabbli ta’ dak kollu li jiġri. Iżda f’każ ta’ inċident ir-responsabbiltà ser taqa’ f’idejn il-kuntrattur jew il-bennej.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li dawn il-miżuri ġodda ser iwasslu għal aktar protezzjoni għall-ħaddiema fuq dawn il-postijiet tax-xogħol.

Hu bir-regolament qed jitneħħa resp fuq minn ikun talab ix-xogħol. Jista jkun qed isiru xoghlijiet u jinqala accident. Ir respon taqa f’idejn l-kuntrattur.”

Bidla oħra hija li minn żewġ ‘project supervisors’ ser ikun hemm wieħed li xogħlu jobbligah iħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol filwaqt li jara li jittieħdu l-miżuri kollha u li jiġu evitati l-perikli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci elenka bidliet oħrajn għall-ħaddiema li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-għoli.

“Waħda mill-affarijiet enfasisati li waqat mill-għoli. Il-mizuri tekniċi li iridu jittiehdu biex jipprevjeni waqgħat mill-għoli.”

Dr Guaci saħaq li min iħaddem irid ikompli jipprovdi l-affarijiet protettivi filwaqt li l-ħaddiem obbligat jagħmel użu minnhom.

Il-Gvern iebes ma’ tal-barrieri dwar skart tal-kostruzzjoni… pass favur l-ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, ħabbar regolamenti ġodda bil-għan li tkun indirizzata l-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Jirriżulta li fl-aħħar ġimgħat u xhur kienet qed tqum kwistjoni li ċerti kuntratturi ma kienx qed ikollhom fejn jitfgħu l-iskart ta’ kostruzzjoni u ONE NEWS hu nfurmat li saħansitra kien hemm talbiet li dan jintefa’ fil-baħar.

Aqra aktar

Send this to a friend