reġina – One News

Notifiki

Malta tibqa’ l-favorita mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni

Minkejja d-diversi pajjiżi li żaret ir-Reġina Eliżabetta t-tieni, Malta tibqa’ l-pajjiż l-aktar għal qalbha. Dan qalitu r-Reġina stess waqt diversi intervisti fejn qalet li dawk kienu l-uniċi sentejn li għexet f’inqas formalità fejn saħansitra kienet issuq karozza hi stess fit-toroq Maltin.

Aqra aktar

Regina: il-kelba minn Sqallija li saret Maltija!

Fl-aħħar, Regina tinsab Malta!

Din hija kelba li sabet ix-xorti meta raġel Malti kien waqt btala fi Sqallija. Regina kienet tinsab fi stat gravi, tiġġieled u tissielet biex tgħix, ġurnata wara l-oħra.

Il-protagonist uman huwa Etienne Carter, li rrakkonta li kien ċar li l-kelba kienet ġiet abbużata u msawwta, però f’jumejn magħha, għamlet bidliet kbar. “Niżgurakhom li taf tħobb ħafna u taf tisraqlek qalbek mal-ewwel ftit minuti” qal Carter.Aqra aktar

BREXIT jiddomina d-diskors tar-Reġina fil-ftuħ tal-Parlament Ingliż

Brexit kien is-suġġett li ddomina fid-diskors tar-Reġina tar-Renju Unit meta indirizzat l-ftuħ tal-parlament Ingliż. Intqal li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jara li jsir mingħajr xkiel.

Filfatt minn 27 abbozz ta’ liġi, tmienja minnhom kienu dwar Brexit u kif dan ser jaffettwa l-industriji. Abbozz ta’ liġi minnhom kien dwar kif regoli Ewropej jinbidlu f’liġijiet għar-Renju Unit u dan f’miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ.

Aqra aktar

Żewġ żgħażagħ li jgħixu Malta se jiġu ppremjati mir-Reġina

Ir-Reġina tal-Ingilterra se tippreżenta l-Queen’s Young Leaders Award lil żewġ żgħażagħ li jgħixu f’pajjiżna, Eman Borg u Vladyslava Kravchenko.

Dan il-premju jingħata lil dawk iż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-Commonwealth li bil-ħidma li jagħmlu jirnexxilhom iġibu bidla pożittiva fil-kommunità tagħhom.

Aqra aktar

Id-Duka ta’ Edinburgh jirtira

Id-Duka ta’ Edinburgh se jirtira mir-rwol irjali tiegħu. Ħabbar dan Buckingham Palace. Id-deċiżjoni dwar id-Duka ta’ 95 sena ttieħdet minnu stess u għandu l-appoġġ tar-Reġina. Se jibqa’ jattendi avvenimenti diġà skedati bejn issa u Awwissu, imma mhux se jattendi aktar stediniet ġodda. Id-Duka jagħlaq 96 ix-xahar id-dieħel. Huwa kien Malta fl-2015. 

Meta gwardjan tar-Reġina QABŻITLU!

Wieħed mill-gwardji rjali qabżitlu tant li werwer turist li donnu kellu għalxiex jiċċelebra.

It-turist kien barra l-palazz St James, wieħed mill-aktar palazzi importanti fir-Renju Unit. Dan it-turist iddeċieda jinfexx jiżfen u jqabbad lil xi ħadd jieħu filmat.

Iżda wara ftit sekondi, il-gwardja ħasdu bil-kmand:  ‘Haw! Get yersel’ away!’

U kellu jobdi!

Aqra aktar

Send this to a friend