reġina eliżabetta | One News

Notifiki

Ir-Reġina b’unur lil Dr. George Vella

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni tat lil Dr.George Vella l-kavallerat tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ. L-unur ingħata lil Dr. George Vella  fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, personalment mid-duka ta’ Kent, li jiġi l-kuġin tar-reġina.

Aqra aktar

Il-Prinċep Charles irid isir Re wara r-Reġina Eliżabetta

Il-Prinċep Charles tkellem dwar l-irwol tiegħu fil-familja Rjali fejn sostna li mhuwhiex minnu li jrid iċedi postu għall-Prinċep William.

Jekk dan iseħħ, il-Prinċep ta’ Wales ikun l-ixjeħ persuna li tkun inkurunata fl-istorja Ingliża. Attwalment, għandu 69 sena u dan forsi wassal biex in-nies jispekulaw li hu se jċedi postu għal William.

F’dokumentarju fuq ITV bl-isem ta’ Royal, il-Prinċep spjega li huwa għandu dmir lejn il-poplu u lejn il-Commonwealth u li dan beħsiebu jwettqu sakemm ikollu s-saħħa.

 

Tfajla Maltija f’laqgħa mar-Reġina u Meghan Markle

Tfajla Maltija ingħatat l-unur mgħoti mir-Reġina Elizabetta t-Tieni bħala sinjal ta’ rikonoxximent għall-ġid li għamlet fil-komunita’ f’Malta Martina Caruana li tinsab fl-aħħar sena tal-kors tal-liġi fl-Universita ta’ Malta irċeviet il-Queen’s Young Leader Award wara li rnexxiela twaqqaf il-group Network of Young Women Leaders bil-għan li toħloq kuxjenza kif ukoll tegħleb l-isfidi li jaffaċċjaw tfajliet u nisa li qed jaspiraw li jkunu mexxejja.

Aqra aktar

George Vella membru tal-grupp li se jagħżel is-suċċessur tal-Kap tal-Commonwealth

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni mistennija tagħlaq 92 sena f’Apil li ġej u dan qed joħloq ftit tensjoni dwar min se jkun qed imexxi bħala Kap tal-Commonwealth flokha, ġaladarba hi tmut.

Din hija kwistjoni ftit sensittiva minħabba li l-irwol ta’ kap mhix ereditarja.

Il-Commonwealth waqqaf grupp ta’ livell għoli biex jevalwa l-mod ta’ kif l-organizazzjoni internazzjonali qed tkun iggvernata u wieħed minnhom huwa Dr. George Vella; ex-Ministru tal-Affarijiet barranin. Dan ġie rrapurtat mill-mezzi tax-xandir BBC.

Ir-Reġina ilha taħdem anke b’mod privat biex tassigura li l-Prinċep Charles ikun is-suċċessur tagħha, sa anke bagħtet uffiċjali madwar id-dinja biex imexxu dan il-ħsieb.

Fic-CHOGM li sar f’Malta fl-2015, ir-reġina saħqet li tixtieq li l-Princep Charles ikun l-ahjar għażla minflokha u li żgur ser ikompli jmexxi b’mod eċċellenti.

Il-Kumpanija tar-riċipetti tar-Reġina, tgħaxxaqha

Kumpanija li kienet tissuplixxi l-ħwejjeġ ta’ taħt fosthom ir-riċipetti tar-Reġina Eliżabetta II, tilfet il-liċenzja irjali.

Rigby & Peller tilfet iċ-ċans li tkompli tissuplixxi dak kollu li jaħbi s-sigrieti tal-Maestà tagħha wara li kixfet informazzjoni sensittiva fi ktieb li ġie ppubblikat.

L-informazzjoni fost l-oħrajn titfa’ dawl fuq il-qisien u d-daqs ta’ ċertu ħwejjeġ ta’ taħt fosthom ir-riċipetti li jilbsu dawk li jgħixu f’Buckingham Palace.

Il-ktieb bl-isem ta’ Storm in a D-Cup wassal biex il-kumpanija tiksirha bil-kbir mar-reġina. Rigby & Peller ilha sa mill-1960 bil-liċenzja irjali.

L-Unika Reġina ta’ Malta

Il-Maesta’ tagħha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni kienet iddikjarata bħala l-ewwel Reġina ta’ Malta fil-21 ta’ Settembru tas-sena 1964. Malli Malta ħadet ir-Repubblika fit-13 ta’ Diċembru tas-sena 1974, l-istess Reġina ġiet iddikjarata bħala l-aħħar Reġina li kellu pajjiżna. Huwa fatt magħruf li r-Reġina Eliżabetta t-Tieni għandha affezzjoni speċjali għal pajjiżna u spiss issemmi lil Malta meta jkollha intervisti dwar l-istorja ta’ ħajjitha.

Ir-Reġina Eliżabetta bi premju għall-istudent Malti Eman Borg

L-istudent tal-MCAST, Eman Borg se jkun qed jingħata premju ta’ rikonoxximent mir-Reġina Eliżabetta għal proġett li għamel bit-titlu ta’ Human Rights Proposal Paper on Gozo. Dan l-istudent kien qed isegwi kors ta’ Diploma f’livell avvanzat fil-Marketing u se jkun qed jirċievi il-Queen’s Young Leaders Award.

Aqra aktar

Send this to a friend