refuġjati – One News

Notifiki

Filmat: Meta malta fetħet idejha minkejja li kienet għadha msallba

46 sena ilu, dan ix-xiber t’art li kien għadu ma daqx it-tjubija li ġġib magħha il-prosperità ta’ pajjiż modern b’ekonomija stabbli ħareġ għonqu biex jgħin lil ħaddieħor.

Propju meta pajjiżna kien għadu kemm ra l-ewwel Gvern Laburista tas-sebgħinijiet jibda jaħdem biex iqajjem l-ekonomija, pajjiżna spiċċa fuq l-aħbarijiet internazzjonali.

Dak iż-żmien il-Gvern imexxi mill-Perit Duminku Mintoff kien ħa d-deċiżjoni kurraġġuża li jagħti ażil f’Malta lil numru ta’ Ażjatiċi li kienu tkeċċew mill-Uganda. Aqra aktar

1,839 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f’Malta fl-2017

Matul is-sena li għaddiet, Malta rċiviet total ta’ 1,839 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Dan l-ammont li rċieva l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jfisser tnaqqis ta’ 4.6%  fuq is-sena ta’ qabel.

Dan skont  statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-Jum Dinji għar-Refuġjati, li fiha kien imfisser kif matul l-2017, ma kienu rrapurtati l-ebda wasliet bid-dgħajjes f’Malta, b’20 persuna li kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani inġabru minn ħelikopter waqt li kienu bejn sema u ilma u ddaħħlu f’pajjiżna. Meta ġew annalizati l-applikazzjonijiet għall-ażil fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, Malta kklasifikat fir-raba’ post wara l-Greċja, Ċipru u l-Lussemburgu. Kważi żewġ terzi tal-applikanti kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani, b’sebgħa u tletin punt tlieta fil-mija minnhom kienu ċittadini Libjani. Proporzjoni kbir tal-applikanti kienu maskili bl-eta tagħhom tvarja bejn it-18 u l-34 sena.

1,928 talba għall-protezzjoni f’Malta

 

Fl-2016 ma daħlet l-ebda dgħajsa b’immigranti abord fuqha f’pajjizna. Iżda kien hemm 24 immigrant irregolari , l-maġġoranza tagħhom ta’ nazzjonalità Afrikana, li nstabu f’nofs ta’ baħar mill-awtoritajiet , ġew evakwati minn fuq id-dgħajsa u nġibu mill-awtoritajiet f’pajjiżna.

Aqra aktar

Appell biex kulħadd jifhem il-karba tar-refuġjati

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati 2017, li se tkun fl-20 ta’ Ġunju, it-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tappella lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex ifittxu b’ħeġġa li jifhmu dejjem aħjar il-karba tar-refuġjati u jtejbu r-rispons xieraq tagħhom għall-isfida ta’ solidarjetà umana li tfisser il-vulnerabilità ta’ bnedmin bħal dawn.

Bħalissa fid-dinja hawn iżjed persuni maqtugħin minn għeruqhom minħabba konflitti jew persekuzzjoni minn kwalunkwe żmien ieħor wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fuq 65 miljun ruħ madwar id-dinja kellhom ta’ bilfors jaħarbu minn djarhom biex jiskappaw mill-periklu u jsibu kenn band’oħra.

Aqra aktar

FILMAT: Mill-firda għall-għaqda ta’ familja

Kien sentejn ilhu fejn koppja li kienet fost grupp ta’ migranti lesti sabiex jaqsmu mil-Libja għall-Ewropa spiċċaw mifruda bil-konsegwenza li l-mara spiċċat Malta sabiex twelled filwaqt lir-raġel baqa’ sejjer l-Italja fejn kompla l-vjaġġ lejn Franza.
Ir-Raġel spiċċa qatt ma ra l-bintu dan għaliex qatt ma  tħalla joħroġ minn Franza peress li kien qed jiġi meqjus bħala immigrant irregolari. Kien bis-saħħa tal-intervent tal-Kummissjoni Emigranti f’ Malta u l-Ambaxxata Franċiza f’ Malta li saru l-arranġamenti neċċessarji sabiex dan jiġi Malta sabiex jara l-binthu filwaqt li jqattaw il-kumplament ta’ ħajjithom flimkien.

Aqra aktar

Aktar minn miljun tfal refuġjati kawża ta’ gwerra ċivili fis-Sudan

Aktar minn miljun tifel u tifla ħarbu min-Nofsinhar tas-Sudan wara li l-kunflit kompla jeskala.

Diversi tfal bħalissa jinsabu mqassma madwar il-pajjiż.

Il-kriżi tar-refuġjati fin-Nofsinhar tas-Sudan qed tiġi deskritta bħala waħda mill-aktar inkwetanti. Dan in-nazjon ġdid ilu jara attoriċitajiet mis-sena 2013 hekk kif għaddejja gwerra ċivili.

It-tfal jagħmlu madwar 62% ta’ kważi żewġ miljun persuna li ħarbu u marru jgħixu f’pajjiżi li jinsabu fil-qrib hekk kif bdiet il-gwerra ċivili, dan skont figuri tan-Nazzjonijiet Uniti.

Jisplodu lilhom infushom f’kamp tar-refuġjati

Aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom wara li nqatlu mill-Istat Islamiku, Daesh, wara li numru ta’ militanti splodew lilhom infushom f’kamp tar-refuġjati qrib il-fruntieri tas-Sirja mal-Iraq.

Il-militanti tal-grupp kienu qed jimmarkaw li jolqtu kamp tar-refuġjati ta’ persuni li qed ifittxu refuġju li ġejjin mis-Sirja u mill-Iraq, f’Raji al-Salibi, qrib il-villaġġ ta’ Shaddadi fil-provinċja Hassakeh.

Aqra aktar

Għala l-Hilton ta’ Malta ngħatat tifħir internazzjonali

Hilton Hotel ta’ Malta sabet ruħha fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR). Dan għax serviet ta’ eżempju bħala post tax-xogħol li jadotta prattiċi tajba ta’ integreazzjoni ta’ refuġjati, inkluż l-ingaġġ tagħhom.

Il-ġimgħa li għaddiet, kienet organizzata attività mill-UNHCR b’kollaborazzjoni ma’ Hilton Hotel, fejn kienu diskussi prattiċi tajba fejn jidħol l-impjieg. Kienu diversi dawk l-entitajiet mistiedna, fosthom Jobs+. Persuni li jaħdmu fl-ospitalità qasmu l-esperjenzi tagħhom u saru tours madwar il-lukanda, fl-istess waqt li din kienet qed tagħmel eżerċizzju ta’ ingaġġar ta’ ħaddiema.

L-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR) hawn Malta tieħu ħsieb li torganizza inizjattivi bħal sessjonijiet ta’ konsultazzjoni. Hawn l-Aġenzija tikkonsulta dwar ħidmietha fl-integrazzjoni ta’ dawn il-persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend