referee – One News

Notifiki

Tliet uffiċjali lokali maħtura referee observers tal-UEFA

Dan l-aħħar, il-UEFA ħatret tliet referee observers lokali ġodda mal-220 observer fuq il-panel tagħha li ser ikunu qed iservu għaż-żewġ staġuni li ġejjin; lejn tmiem l-istaġun li għadda t-triju attenda kors f’Nyon, l-Isvizzera, indirizzat lil UEFA referee observers ġodda bħalhom.

Aqra aktar

Uffiċjali Maltin appuntati fid-Danimarka

Illum l-uffiċjali internazzjonali Clayton Pisani bħala referee, u l-assistenti referees Alan Camilleri u Duncan Sultana, ser jikkontrollaw il-logħba ta’ ħbiberija ta’ taħt il-21 sena bejn id-Danimarka u l-Ingilterra, li ser tintlagħab fil-BioNutria Park Stadium ta’ Randers, fid-Danimarka.

Aqra aktar

Deċiżjoni sorpriża…tirtira Esther Azzopardi

F’deċiżjoni sorpriża, Esther Azzopardi rtirat mill-karriera tar-refeering. Azzopardi, meqjusa bħala waħda mil-aqwa referees f’Malta, kienet anke onorata f’Jum ir-Repubblika li għadda bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Hi kienet l-ewwel referee Maltija li kisbet il-‘badge’ tal-FIFA. Kevin Azzopardi, id-Direttur tar-Refereeing, qal li d-deċiżjoni ħaditu b’sorpiża u rringrazjaha tal-kontribut tagħha lill-logħba tal-futbol.

Azzopardi mistennija tkompli tikkontribwixxi f’diversi rwoli ġodda, fosthom bħala referee observer u ambaxxatur għar-referees femminili fi ħdan id-dipartiment tar-referees.

TWISSIJA TA’ KLIEM OXXEN F’DAN L-ARTIKLU – joffendu lil referee b’ommu li ħalliet din id-dinja

Il-Malta Football Referees Association tkellmet kontra kliem dispreġjattiv u oxxen fil-konfront tar-Referee Malcolm Spiteri, u ommu li tinsab f’dinja aħjar.

L-MFRA ikkundannat minghajr ebda riservi l-kliem dispreġjattiv u oxxen li erba’ persuni kellhom fil-konfront tar-referee Malcolm Spiteri.

Saħansirta fuq Facebook semmiet dawn il-persuni, li huma l-finance manager tat-tim tal-Mosta, il-kit manager, uffiċjal tal-klabb u eks player u supporter.

Aqra aktar

Karta ġdida fil-futbol

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol intużat il-karta l-ħadra, b’Christian Galano ta’ Vicenza li jilgħabu fis-Serje B tal-Italja jkun l-ewwel plejer rikonoxxut b’din il-karta.
Aqra aktar

Referee Malti fl-Europa League

Ir-referee Internazzjonali Clayton Pisani ngħata appointment prestiġjuż wara l-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja. Hu se jkun qed jirrefja waħda mill-ewwel logħbiet tal-gruppi tal-Europa League.
Aqra aktar

Inti serju, rett, b’saħħtek, ġust u tħobb il-futbol?

Bħalissa hawn 150 referee Malti iżda huwa stmat li hemm bżonn mill-inqas 20 referee ġdid kull sena.

Ir-Refereeing Centre tal-Malta Football Association avżat li l-ewwel kors għal referees dan l-istaġun ser jibda fit-3 ta’ Ottubru 2016 u jibqa’ sejjer sal-5 ta’ Diċembru 2016.  Is-sessjonijiet kollha jkunu fil-jum tat-Tnejn bejn is-6 u t-8 ta’ filgħaxija, fir-Refereeing Centre f’Ta’ Qali.  Applikanti minn 17-il sena ‘l fuq interessati jattendu jridu japplikaw sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2016.

Attività promozzjonali għal referees ġodda ser issir is-Sibt filgħodu fl-24 ta’ Settembru 2016, f’Bieb il-Belt Valletta.  L-attività tiffoka fuq ir-Referees Academy, bl-istand imwaqqaf għall-okkażjoni jkun immexxi minn studenti tal-istess Akkademja flimkien mal-Uffiċjali mir-Recruitment and Retention Unit.

Aqra aktar

Send this to a friend