redentur – One News

Notifiki

Għada jsir il-pellegrinaġġ bl-istatwa devota tar-Redentur tal-Isla

Għada l-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu, fis-18:00, l-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika stess.

Huwa mistenni li jattendu ħafna nies għal din il-purċissjoni.

Ir-Redentur tal-Isla bħala statwa tmur lura għall-1727. Kienet wegħda fi żmien il-pesta tal-1813 fejn il-kapitlu tal-Kolleġġjata wiegħed li jekk il-belt teħlisha minn dan l-inkwiet, issir purċissjoni kull sena mhux biss fi żmien l-Għid iżda wkoll oħra f’Ġunju.

L-Arċisqof Scicluna lura Malta wara xogħol fiċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum wara nofsinhar wara ġimagħtejn fiċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

L-Arċisqof ser ikompli bil-ħidma tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bl-ewwel impenn pubbliku jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.

Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl-Isla.

Minn barbier għal statwarju – Saverio Laferla

L-ewwel purċissjoni li jmiss f’dan iż-żmien tar-Randan hija dik tar-Redentur li tiġi ċċelebrata f’diversi parroċċi li nsibu f’Malta u Għawdex.

Wieħed mill-istatwarji ta’ żmien ilu, li għamel statwi tar-Redentur fost il-ħafna oħra li għamel, kien Saverio Laferla. Jingħad li Laferla qabel tħajjar jibda din is-sengħa ta’ statwarju kien barbier.

Tgħallem din l-arti mingħand mgħallem Sqalli u huwa meqjus bħala l-ewwel statwarju f’pajjiżna li uża t-teknika tal-kartapesta.

L-ewwel vari li għamel kienu għall-Fratellanza tal-Kurċifiss tal-Belt Valletta, li magħhom kien ukoll fratell. Minn hawn ħa l-fama u ħadem statwi f’Ħaż-Żebbug u wara fin-Naxxar.

Saverio Laferla twieled viċin is-sena 1710 u miet fid-19 ta’ Jannar tal-1761.

Din is-sena l-purċissjoni tar-Redentur se tkun qed issir il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.

Ritratt: Wiċċ ta’ Kristu tal-istatwa tal-marbut mal-Kolonna li tinsab fil-Knisja tan-Naxxar, li saret mill-artist Saverio Laferla.

Id-dwana b’operazzjoni mhux tas-soltu fuq l-istatwa tar-Redentur tal-Isla

  • Id-Dwana sservi ta’ Xmun iċ-Ċirinew għar-Redentur tal-Isla

Id-dwana kellha rwol importanti fir-restawr tar-Redentur tal-Isla dan hekk kif sentejn ilu, fi Frar tal-2015, bdew il-kuntatti bejn speċjalisti fil-qasam tar-restawr, Atelier del Restauro, u d-diriġenti tad-Dwana biex tkun mgħarbla l-possibilta’ li n-Nuctech Scanner tad-dipartiment jintuża biex din l-istatwa tkun tista’ tiġi analizzata u studjata bir-reqqa.

Aqra aktar

Send this to a friend