rebħa | One News

Notifiki

L-elezzjoni tal-1971 tibqa’ waħda storika

Kien propju bħal bieraħ sitta u erbgħin sena ilu li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni storika tal-elf disa mija wieħed u sebgħin b’ Dom Mintoff issir Prim Ministru u tibda t-triq għall-progress u l-Ħelsien ta’ Pajjiżna.

Aqra aktar

“Din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat” – Jean Claude Juncker

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat għar-rebħa elettorali. Huwa qal li din ir-rebħa hija riżultat tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat tul l-aħħar snin.

Dan qalu fuq Twitter fejn, Junker poġġa ukoll l-ittra mibgħuta lill-Mexxej Laburista mat-tħabbira tar-rebħa. Ittra li fiha hemm miktub li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares ‘il quddiem biex tkompli taħdem ma’ Gvern Laburista.

Huwa temm jgħid “Fuq livell personali ninsab kuntent ħafna li se nkunu qed nkomplu naħdmu u nikkollaboraw flimkien”.

Aqra aktar

FILMAT: Tifkiriet u bidliet

Kien bħal lum erba’ snin li l-poplu Malti kien imsejjaħ jivvota f’elezzjoni ġenerali. Elezzjoni ġenerali li kienet fissret għażla bejn pajjiż ta’ kulħadd u pajjiż tal-ftit.

Il-poplu kien għażel b’saħħa Malta Tagħna Lkoll fejn l-opportunitajiet ikunu għal ħafna u mhux għall-ftit, fejn il-pajjiż joħloq il-ġid u jitqassam b’ekwita fejn f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-politika tal-firda bejn l-aħmar u l-blu.

Fis-servizz li jmiss inġeddu ftit ħafna minn dawn il-memorji. Iżda, iktar minn hekk inħarsu wkoll lejn uħud mill-kisbiet tal-ewwel erba’ snin ta’ gvern imexxi minn Joseph Muscat. Uħud mill-ewlenin fost ħafna li kienu implimentati. Ħafna minnhom li saru għall-ewwel darba f’pajjiżna u li poġġewna fost tal-ewwel fl-Ewropa.

Aqra aktar

Send this to a friend