reazzjonijiet – One News

Notifiki

Bosta urtati bil-kummenti ta’ Simon Busuttil dwar il-Prim Ministru

Fl-aħħar sigħat kienu bosta l li esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-kummenti li għadda l-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li feraħ bid-deni, għax Malti bħalu kien qed jissemma’ għal waħda mill-karigi. Malli ħarġet l-aħbar, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħareġ jogħrok idejh.

B’reazzjoni kienu bosta l-Maltin minn kull sfera tas-soċjetà li wrew id-diżgust tagħhom mal-kummenti ta’ Busuttil. Uħud fakkru lil Simon Busuttil kif hu ma ntagħżilx għall-pożizzjoni ta’ Direttur fi ħdan l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil, bl-applikazzjoni tiegħu ġiet irrifjutata.Aqra aktar

Is-surplus ta’ Malta- pajjiżi oħra lanqas joħolmu li jaraw

Is-surplus fil-finanzi pubbliċi ma nissilx biss sens ta’ sodisfazzjon mill-familji li qed igawdu minn bosta skemi mħabbra mill-Gvern iżda wkoll mir-rappreżentati tal-imsieħba soċjali u persuni fil-qasam tan-negozju.

F’Business Breakfast imtella’ mill-Partit Laburista l-għada li l-Eurostat ħabbar li Malta għamlet surplus ta’ €250 miljun, iċ-Chairman tal-Grupp Chemimart Reginald Fava qal dan ir-riżultat qed jagħti stampa brillanti ta’ pajjiżna barra minn xtutna.Aqra aktar

L-Imsieħba Soċjali jilqgħu b’sodisfazzjon il-proposti dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Ikomplu r-reazzjonijiet pożittivi dwar il-pubblikazzjoni tal-white paper li tirregola s-suq tal-kera.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għad-dokument, il-Caritas laqgħet b’sodisfazzjon il-prinċipji fid-dokument fosthom ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera, id-depożitu tal-kera li jrid jiġi ddikjarat kif ukoll l-inventarju. Il-caritas laqgħet ukoll il-propsta għall-inċentivar ta’ kuntratti fit-tul b’żieda stabbilità u aċċess regolat għas-servizzi tad-dawl u l-ilma. Aqra aktar

Send this to a friend