razziżmu – One News

Notifiki

L-Inter se jilgħabu bil-bibien magħluqa minħabba korijiet razzisti

Raġel ta’ 35 sena li kien qed jappoġja lit-tim Taljan ta’ Inter tilef ħajtu wara li ntlaqat minn vann. Dan fl-isfond tal-vjolenza li qamet bejn il-partitarji ta’ Inter u Napli qabel il-logħba f’Milan. Intant, it-tim ta’ Inter se jkollu jilgħab żewġ logħbiet f’daru bil-bibien magħluqa wara korijiet razzisti fuq id-difensur tan-Napli Kalidou Koulibaly.Aqra aktar

Partitarji ta’ Chelsea akkużati b’kummenti razzisti waqt partita kontra Tottenham

Partitarji taċ-Chelsea qed jiġu akkużati b’kummenti razzisti waqt il-logħba tal-Europa League tal-Ħamis filgħaxija. Jidher li partitarji ta’ dan it-tim Ingliż infexxew f’tgħajjir anti-semitiku fil-konfront tar-rivali tagħhom fil-logħba, Tottenham. Il-logħba kienet qed tintlagħab fil-Groupama Arena, f’Budapest.Aqra aktar

Bużnanna Maltija vittma ta’ VJOLENZA u RAZZIŻMU

Bużnanna Maltija għaddiet minn esperjenza ta’ razziżmu li ħalliha ftit stat ta’ xokk l-Awstralja. Episodju li rrakkontatu mal-ġurnal Awstraljan The Courier, u li seħħ waqt l-hekk imsejjaħ Begonia Festival.

Ironikament, huwa festival li jiċċelebra l-multikulturaliżmu. Iżda din il-mara sfat vittma ta’ raġel li malli raha beda jġib ruħu b’mod stramb. Qabdilha idha u lewieha, heddidha li se jiksirhielha u sejħilha ‘wog’ – deskrizzjoni kerha għal nies li ġejjin mill-Italja, il-Greċja, il-Libanu u Malta.

Aqra aktar

“Iġġiblix Għarab ‘l hawn!”

Il-pożizzjoni ġeografika ta’ Malta tfisser relazzjoni ta’ snin twal ma’ pajjiżi Għarab. Nistgħu mmorru lura fis-snin għal meta Malta kellha ħakkiema Għarab, jew nistgħu mmorru lura ftit deċennji biss meta mexxejja Maltin rabbew relazzjonijiet tajba ma’ mexxejja ta’ pajjiżi ġirien bħal-Libja. Iżda, dan ma kienx biżżejjed biex il-Maltin inaqqsu l-antipatija tagħhom lejn persuni ġejjin minn dan il-grupp etniku: l-iktar grupp li jdejjaq lill-Maltin skont riċerka li saret u li fl-aħħar jiem kienet diskussa fl-Università ta’ Malta.

Tkellimna ma’ Gordon Sammut, wieħed mir-riċerkaturi ewlenin tal-istudju li wera kemm il-Maltin għandhom problema bl-integrazzjoni.

Sammut fakkar kif l-istudju ta’ relazzjonijiet interkulturali ilu għaddej madwar 40 sena. “F’dan l-istudju xtaqna ninvestigaw liema forma ta’ dawn ir-relazzjonijiet joffri l-aħjar prospettivi meta wieħed iħares lejhom b’mod globali, irrispettivament minn ċirkustanzi partikolari li jeżistu f’soċjetajiet partikolari,” qal Sammut li fisser kif meta qabbel is-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra ma’ dik f’Malta rriżultat sitwazzjoni anomala. “Dak li jaħdem fejn tidħol l-integrazzjoni bejn kulturi differenti f’soċjetajiet oħra jidher li f’Malta ma jaħdimx bl-istess mod,” qal Sammut li tkellem dwar kif l-antipatija lejn l-Għarab fostna mhux ġejja biss mill-Maltin.

Aqra aktar

Il-Maltin mhux ħerqana dwar l-integrazzjoni

Il-Maltin isibuha diffiċli jintegraw ma’ nies ta’ nisel barrani u fost l-iktar gruppi li  l-Maltin għandhom ċertu diffikulta bihom hemm l-Għarab. 

Din waħda mid-diversi konklużjonijiet ta’ studji li kienu preżentati u diskussi f’simpożju fl-Università bit-tema l-Multikulturaliżmu, l-Integrazzjoni u l-Kuntatt fost gruppi etniċi f’Malta. 

Wieħed mill-istudji diskussi sar fi sbatax –il pajjiż, minbarra Malta, u kellu l-għan li jiddentifika xi jwassal għal multikulturaliżmu u xi jxekklu. Staqsa wkoll għaliex u x’inhuma l-bosta l-fatturi li jwasslu għal tensjoni soċjali bejn nies ta’ nisel differenti. 

Hawn irriżulta li f’kull soċjetà jkun hemm ċertu reżistenza għal ċerti influwenza u drawwiet ġodda minħabba l-biża li ċittadin li jkun f’artu jitlef l-awtonomija u l-poter tiegħu. 

Ir-riċerkatur, Gordon Sammut, spjega li din hi xi ħaġa li teżisti f’Malta iktar minn bnadi oħra fejn jirriżulta li l-Maltin huma l-iktar li jibżgħu jintegraw mal-barranin.

Aqra aktar

Send this to a friend