rata – One News

Notifiki

Malta bl-anqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Malta għandha l-inqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri maħruġa mill-Eurostat, propju fil-jum iddedikat lill-persuni b’diżabilità, juru kif minkejja li persuna minn kull erbgħa fl-Ewropa ssofri minn diżabilità fit-tul, din ir-rata f’Malta hija biss ta’ 12%. L-istħarriġ tal-Eurostat sar fuq persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, u jkopri s-sena 2017.Aqra aktar

Persuna minn kull tlieta f’kariga maniġerjali fl-Unjoni Ewropea hi mara

Persuna minn kull tlieta li għandhom kariga maniġerjali fl-Unjoni Ewropea huma nisa. Dan ifisser li r-rappreżentazzjoni tan-nisa, għalkemm qed titla’ kif mixtieqa, xorta għadha ma laħqitx il-massimu tagħha. Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi kif minn 7.3 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea li għandhom kariga maniġerjali, 65% (4.7 miljun) minnhom huma rġiel u 35% (2.6 miljun) huma nisa.

Apparti minn hekk l-istatistika turi li meta ġie mqabbel il-qliegħ kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, in-nisa f’kariga maniġerjali jaqagħlu 23.4% inqas mill-irġiel, dan ifisser li kull mara li hi maniġer taqla’ 77 ċenteżmu fis-siegħa inqas mill-irġiel li għandhom l-istess kariga.

Aqra aktar

Send this to a friend